Sunday, September 4, 2016


"Agħtuna l-baħar lura" ...ċittadini privati jibdew inaddfu l-baħar huma

Quddiem it-tniġġis tal-baħar f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u żoni oħra għadd ta' ċittadini privati ħadu azzjoni huma u bdew inaddfu huma. Filfatt grupp ta' individwi immexxiha minn Nicolai Abela, il-moħħ wara din l-inizjattiva, kienu qed jispezzjonaw l-baħar u jnaddfu rqajja ta' tniġġis li baqa' fih u li konsegwenza tiegħu nhar is-Sibt għadd ta' persuni ma setgħux jgħumu fil-postijiet favoriti tagħhom.

    Nicolai Abela, meta tkellem ma' inewsmalta.com qalilna li "jekk irridu li jkun hawn bidla f'dan il-pajjiż irridu nkunu aħna li nieħdu azzjoni." Enfasizza li għamel kuntatt ma' kumpanija speċjalizzata fil-ġbir ta' żejt mill-baħar.  Hu filfatt xtara xejn inqas minn 100 oġġett li jassorbu ż-żejt gġħal prezz ta' €200. Hu sejjaħ għal voluntieri u fi żmien qasir kienu diversi dawk li laqgħu s-sejħa tiegħu biex jibda it-tindif.

    Fl-aħħar jiem l-gvern ħareġ studju li minnu rriżulta li tniġġis kien ġej minn irziezet tal-ħut, għalkemm sidien ta' irziezet tal-ħut għamlu studju huma fuq it-tniġġis u għadhom qed jistennew ir-riżultati.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home