Sunday, September 4, 2016

"Riġal" u "Pedament"...l-ismijiet lit-tewmin Eritreani li twieldu prematuri fuq dgħajsa



"Riġal" u "Pedament"...l-ismijiet lit-tewmin Eritreani li twieldu prematuri fuq dgħajsa

It-tewmin Eritreani li twieldu ftit jiem ilu fuq dgħajsa fi vjaġġ mil-Libja lejn l-Ewropa, ingħataw l-isem ta' Hiyap u Evenzer. Huma bħalissa jinsabu fi sptar f'Palermo, minħabba li twieldu prematuri. Eritreani f'Malta meta kuntattjati minn L-ORIZZONT qalulna li l-isem 'Hiyap' ifisser 'rigal' u 'Evenzer' ifisser pedament.

    Fi kliem tobba li kienu abbord il-bastiment ta' Medecins Sans Frontieres (MSF) li salvahom, 'it-tewmien kienu fortunati'.  Dan għax kieku damu aktar fuq il-baħar, dawn kienu se jsofru ħafna aktar.  Bħalissa huma qed jinżammu f'inkubaturi fl-isptar ta' Palermo.

    L-omm Merhawit, għandha xewqa partikolari. Dik li żewġha jingħaqad magħha. Il-problema hi li dan jinsab is-Sudan.

    Merhawit, irrakkontat l-istorja tagħha lis-CNN fl-isptar ta' Palermo. Ħarbet mill-Eritrea minħabba is-servizz militari obbligatorju. Hi serviet fil-militar għal tlett snin u snin u li fihom kien ikollhom ħafna spezzjonijiet. Hi ħarbet imma inqabdet u ingħatat ħames xhur priġunerija.

    Wara li ħarġet hi u żewġha  ftit aktar minn $3,000 lil traffikanti  biex hi taqsam il-fruntiera tas-Sudan.

    Merhawit ħalliet lill-ġenituri warajha kif ukoll lil ħuha u żewġ ħutha bniet. Familtha ukoll kienet mhedda meta sar magħruf li ħarbet u kellhom iħallsu flus biex iħalluhom fil-paċi.

    Finalment għamlet il-vjaġġ lejn Tripli u dan kien jiswa madwar $5,000. Damet hemm ħames xhur. Kienet miżmuma f'binja imwarrba u torqod mal-art. L-uniku ikel li kienet tingħata kien biss għaġin. Fil-Libja qatt ma rat tabib jew ħadet mediċina.

    Fir-rakkont tagħha, Merhawit qalet li waqt li kienet ilha jumejn fuq id-dgħajsa fi triqitha lejn l-Italja ħasset uġiegħ kbir u bdiet tgħajjat. Hi sabet għajnuna biex twelled minn nisa oħra li kien hemm abbord.

    It-tabib Antonio Perino jgħid li "Merhawit kienet fortunata ħafna. Kien twelid prematur u kull kumplikazzjoni setgħet wasslet għal riskju ta' mewt kemm għal omm kif ukoll għat-tewmin.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home