Friday, September 2, 2016

Is-sindku Mosti kontra l-gabbana


Il-kwistjoni tal-gabbana f'nofs il-pjazza tal-Mosta, ġab reazzjoni mis-sindku Nazzjonalista Edwin Vassallo.  Hu esprima ruħu kontra din il-proposta.  Il-kunsillier Laburista Alex Muscat ukoll ikkummenta u qal li l-kunsill se joġġezzjona.

Il-kunsillier Laburista Alex Muscat ikkummenta li "irrid nagħmilha ċara li din l-applikazzjoni għal gabbana fil-pjazza ma għandha x'taqsam xejn mal-kunsill. Tant hu hekk li b'mod uffiċjali se ssir oġġezzjoni minn naħa taghna.
Iktar minn hekk, dalwaqt il-Gvern se jħabbar proġett kbir ta' riġenerazzjoni għall-pjazza tal-Mosta, fejn bil-kontra ta' din l-applikazzjoni se jiżdied l-ispazju pubbliku".

Minn naħa tiegħu, is-sindku Nazzjonalista Edwin Vassallo iddikjara li "jien kontra li fil-Pjazza tal-Mosta ssir xi forma ta' gabbana tkun kif tkun. Se nitlob lill-kunsill lokali biex juri lill-Awtorita tal-Ippjanar li ma naqblux. Nitlob lil kull minn hu mill-Mosta biex juru li ma jaqblux. Il-pjazza hija spazju pubbliku. D
in hi applikazzjoni għall-permess biex issir gabbana fil-pjazza tal-Mosta. Donnu li l-politika tal-Gvern hi li f'lokalitajiet oħra dawn il-gabbani jitneħħew u fil-pjazza tal-Mosta xi ħadd qed jaħseb li jagħmel waħda. Donnu li biex din il persuna tasal sa hawn naħseb li l-Lands diġa qed japprova. Jekk huwa hekk dan mhux sewwa."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home