Tkompli l-kriżi ta' skart f'żoni f'Buġibba
Fl-aħħar jiem kompliet il-kriżi ta' skart mormi llegalment f'żoni f'Buġibba. Diversi żoni u meta ninsabu fl-aqwa tal-istaġun turistiku, reġgħu kienu kkaratterizzati minn nuqqas ta' indafa. Ma naqsux munzelli ta' żibel f'toroq u kantunieri. Għand inewsmalta.com fl-aħħar sigħat waslu għadd ta' ilmenti dwar żoni li kienu mimlijin skart. Matul din il-ġimgħa ministeri differenti se jiltaqgħu bejniethom biex jiddiskutu s-sitwazzjoni. Ta' min jgħid li l-Gvern permezz tad-Direttorat għat-Tindif qed inaddaf il-promenade u żoni oħra prominenti. Iż-żoni li qed ikunu karatterizzati minn nuqqas ta' indafa jaqgħu fir-responsabbilita tal-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar.
•
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home