Maltin li qed jibnu razzett fl-Etjopja:
"L-agħar aspetti tal-faqar huma l-esklużjoni u l-oppressjoni"
Hekk kif issa l-grupp ta' Maltin li marru biex jibnu razzett fil-villaġġ ta' Adigrat fit-tramuntana tal-Etjopja ilhom hemm ftit jiem mhux ħażin, dan il-grupp qed jaraw b'għajnejhom li l-agħar aspett tal-faqar mhux li ma jkollox ikel jew ilbies imma hu dak tal-esklużjoni u l-oppressjoni. Is-sesswologu Nicholas Briffa, f'kummenti lil inewsmalta.com, qal li "in-nies li qed niltaqgħu magħhom hawn m'għażlux li jkunu fqar imma kien il-faqar li għażilhom. Il-faqar ifisser taboo, stigma, ma tiġix aċċettat u ċaħdiet oħra."
•
• Nicholas Briffa qalilna li "qegħdin tim ta' għaxra minn nies u qed naħdmu komunità Omcua. Dan hu post li fih hawn ghaqda sħiħa bejn il-Kattolici li huma minoranza , l-Ortodossi li huma maġġoranza u l-Iżlamici. Hawn armonija totali bejniethom. Jahdmu flimkien kontra l-faqar. Jjeklu u jahdmu flimkien." Qalilna li "l-faqar iġib aktar faqar. Qed nibnu razzett sostenibbli. Qed nużaw ir-riżorsi u ħiliet tal-post. Qed naraw li hu inutli tagħti l-ikel. B'hekk iġġibhom dipendenti u qisek qed tgħidilhom imsieken. miskin. Dan il-proġett hu sostnebbili u la darba jkun lest se jkun utli ħafna għan-nies."
•
• Hu spjegalna li qed jagħmlu ħidma kbira man-nies tal-post fejn jirrigwarda l-vajrus tal-HIV. Filfatt morna inżuru u intervistajna 8 irġiel priġunieri li huma infettati bil-vajrus u li se jibbenefikaw mill-proġett tagħna la darba jispiċċaw is-sentenza tagħhom. Rajna tbatija kbira meta qasmu l-esperjenza tagħhom magħna." Il-proġett hu maħdum minn Missio Malta.
•
• Dan ir-razzett meta jkun lest se juża it-tradizzjonijiet u snajja' tal-post u b'hekk joffri xogħol għan-nisa. B'dan il-mod dawn jinżammu l-bogħod mill-industrija tas-sess.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home