Wara salvataġġ rekord...salvati 3,000 persuna oħra
Wara li nhar it-Tnejn ġew salvati kważi 6,900 persuna fi triqithom mil-Libja lejn l-Ewropa, l-għada it-Tlieta ġew salvati 3,000 persuna oħra fi tletin salvataġġ. L-ammont ta' immigranti salvati nhar it-Tnejn kien rekord. Il-qawwa navali Irlandiża waħidha salvat xejn inqas minn 600 immigrant. L-aħħar salvataġġi kienu karatterizzati minn persuni li litteralment qabżu minn fuq id-dgħajjes u dinghies għal ġol baħar. Abbord id-dgħajjes, ħafna immigranti spjegaw li huma qatt ma kienu raw baħar qabel. Fost dawk salvati kien hemm għadd ta' tfal fl-età ta' bejn 13 u 14-il sena li kienu qed jivvjaġġaw waħidhom u anke anzjani morda. Kelliem għal MSF iddeskriva l-ġurnta ta' nhar it-Tnejn bħala li filgħaxija "ix-xefaq ta' fuq il-baħar kien mimli dgħajjes bl-immigranti". L-għaqda non governattiva Spanjola Proactiva Open Arms qalet li "dan hu rekord ta' dieqa. Ġurnata li qisha ma kienet se tispiċċa qatt. Salvataġġ f'salvataġġ".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home