Thursday, September 1, 2016


Bla risposta dwar il-filmati tax-xebgħa li qala' għal xejn ħames xhur ilu


Għaddew ħames xhur mindu żagħżugħ qala' xebgħa papali għal xejn b'xejn f'Paceville. Minkejja l-insistenza tal-familja biex issir ġustizzja sa issa din il-familja għadha fil-għama. 

Kien kważi xahrejn ilu meta permezz ta' konsulent legali kitbu lill-Pulizija biex jingħataw informazzjoni dwar min hi l-kumpanija tas-sigurtà u li jekk l-bouncers li kienu involuti f'dan is-swat kinux Maltin jew barranin, b'mod partikolari meta iż-żagħżugħ aggredit kien sema' lil xi wħud mill-aggressuri jitkellmu bil-Malti qabel ma bdew isawtuh. 

L-istess konsulent legali talab għall-filmati tal-kameras tas-sigurtà. Dawn intalbu peress li l-familja issa se tkun qed tieħu passi legali kontra l-awtoritajiet. Dan minħabba l-fatt li dawn baqgħu ma ħadux passi kontra l-allegati aggressuri.?
F'kumment li għadda lil inewsmalta.com missier iż-żagħżugħ qalilna li "l-Ministru responsabbli Carmelo Abela kien qalilna f'laqgħa ta' 'Gvern li Jisma' li għandna ningħataw l-informazzjoni relatata. 

Minn dan kollu ma ġara. Għadna qed nistennew li l-Korp tal-Pulizija iwieġeb għal ittra li ktibna xahrejn ilu.  Meta aħna konvinti li t-tifel qala' xeba' għalxejn għalfejn dan id-dewmien biex ningħataw l-informazzjoni?  

Dan qed isir biex jippruvaw jaqtgħulna qalbna? Aħna determinati li la ma tteħdux passi nmorru quddiem il-Qrati biex issir ġustizzja", sostna l-missier. ?

Dan iż-żagħżugħ kien qala' xebgħa fit-triq magħrufa bħala tat-taraġ. Fost il-mistoqsijiet li qed idawru dan il-każ hemm dik ta’ min kienet il kumpanija li pprovdiet l-uffiċjali tas-sigurtà f’dak l-istabbiliment, kemm jammonta l-ammont tal-ħin maqtugħ mill-filmat, u kif ittieħdet id-deċiżjoni li jitnaqqsu parti mill-filmati. ?

Mill-filmat elevat dehru biċ-ċar tliet uffiċjali tas-sigurtà isawtu liż-żagħżugħ u meta dan kien mal-art u f’pożizzjoni li minnha kien impossibli li joffri xi forma ta reżistenza, imur uffiċjal  ieħor tas-sigurtà u dan kompla i jaggredixxi liż-żagħżugħ b’mod brutali. 


Mistoqsija oħra li qed issir hi dik ta’ għaliex intuża filmat wieħed meta hemm aktar kameras fil-post. inewsmalta.com kien infurmat li ż-żagħżugħ ġie msejjaħ mill-Pulizija biex ikun jista’ jidentifika lill-uffiċjali tas-sigurtà li sawtuh u fil-fatt dan sar u dan għaraf wieħed mill-aggressuri. 

Madankollu, wara li sar dan l-għarfien, ir-risposta tal-pulizija kienet li l-individwu identifikat ma kinux jafu min kien.? Biss mill-mod kif żvolġew l-affarijiet fl-aħħar ġimgħat qed iqumu diversi mistoqsijiet dwar dan il-każ fosthom kemm kien l-ammont ta’ uffiċjali tas-sigurtà li kienu involuti fis-swat fuq dan iż-żagħżugħ u kemm ġew identifikati minnhom. ?
Mistoqsijiet oħra mhux imweġbin jirrigwardaw il-filmati ta’ dak li seħħ, fosthom dawk ta’ minn kemm kameras ġew elevati l-filmati. Mistoqsija oħra hi dik ta’ jekk il-Pulizija għaddewx dawn il-filmati lit-taqsima tal-forensika biex jiġu analizzati dwar jekk hemmx partijiet neqsin minnhom. 

?Intant iż-żagħżugħ li qed jallega dan il-każ, baqa’ jsostni mal-Pulizija li ġie msawwat għalxejn b’xejn.?Meta ż-żagħżugħ kien tkellem ma' inewsmalta.com kien qalilna li "jien kont ma’ sħabi fi stabbiliment partikolari. Kollox kien normali u jien kont qed nitkellem meta f’daqqa waħda nara grupp ta’ nies jersqu kollha lejn naħa. Nara ġlieda bejn bouncer u ħabib tiegħi. Ersaqt u wara li tefgħu  lil sħabi ’l barra, jien ħriġt barra. Jien ma ndħaltx fil-ġlieda. L-uffiċjali tas-sigurtà bdew allegatament jagħmlu sinjali lil sħabi. 

"Dak il-ħin jien kont nieżel ’l isfel lejn it-taraġ. Kif dawwart wiċċi rajthom jiġġieldu. Demmi ma tanix. Bdejt ngħidilhom ma jiġġildux. Ġie uffiċjal tas-sigurtà u qalli inti se timbuttani. Lanqas tani ċans naħseb, għax tani daqqa ta’ ponn”.?Iż-żagħżugħ kien allega li “bid-daqqa ta’ ponn spiċċajt mal-art. Ġew tnejn oħra jagħtuni bis-sieq u bl-idejn. B’kollox kienu tlieta. Waqfu jagħtuni u kif rajt li mhux qed naqla’ qomt minn mal-art. Wiċċi kien kollu demm. Qasmuli mnieħri u farġuni. Qomt u mort fi stabbiliment ieħor naħsel wiċċi. Nies li ma nafhomx ġabuli tissues biex nimsaħ wiċċi.“


Ta' min jgħid li dawn mhuwiex l-uniku allegat każ ta brutalità rappurtat f’dan il-post ta divertiment, bl-allegazzjonijiet ikunu li xi wħud mill-inċidenti serji li qegħdin jinqagħu qegħdin ikunu attwati minn nies li suppost qegħdin hemm biex jipprevenu l-inċident li ġie rrappurtat f’dan il-post tad-divertiment.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home