Thursday, September 1, 2016


Dubji ġodda dwar il-kards tas-Sirjan
    •   
    •    Wara li inewsmalta.com xandar kards "dubjużi" li kien qed iqassam is-Sirjan Khaled Ben Nasan il-persuna li ħareġ bl-allegazzjonijiet marbutin mal-ħruġ ta' visas mediċi għal persuni Libjani,  issa anke r-rappreżentant tal-Gvern fi Tripli Hussin S. Musrati qajjem dubji dwar l-awtentiċità ta' dawn il-kards. Fi kliemu stess, "li kieku kienu jirrappreżentaw entità legali dawn kien se jkollhom l-isem tal-Ministeru u anke ritratt tal-persuna."  Musrati sostna ma' inewsmalta.com li dawk il-kards jistgħu jiġu stampati fi kwalunke stamperija.

inewsmalta.com għamel kuntatt mar-rappreżentant tal-Gvern fi Tripli wara li għadd ta' persuni li kellhom dawn il-kards beda jkollhom dubji dwarhom. Dan għax kards ta' persuni li verament jirrappreżentaw entitajiet Libjani huma ferm differenti minn dawk li kien qed iqassam dan is-Sirjan.  


Qabel id-dubji espressi minn Musrati fuq dawn il-kards, sorsi oħra qrib l-ambaxxata kienu ddikjaraw li l-kards kienu dubjużi għall-aħħar.
Sa issa mhux magħruf x'passi se tieħu l-Pulizija dwar it-tqassim ta' dawn il-kards u jekk hix għaddejja xi investigazzjoni min-naħa tagħhom dwar dan. 

Il-kards li għandu f'idejh inewsmalta.com huma differenti minn xulxin. F'waħda minnhom Khaled Ben Nasan, jgħid li hu l-konsulent legali tal-Istaff Ġenerali tal-Armata Ħielsa Sirjana fil-Libja u f'pajjiżi Għarab u Ewropej. Fuq il-kard hemm arma li tgħid li hi tar-Repubblika Għarbija Sirjana.

F'kard oħra li hu jqassam lil persuni Libjani, hu jgħid li jifforma parti mill-kumitat kontra l-ġlieda għall-korruzzjoni, traffikar u l-flus li jidħlu fi Tripli. Fuq din il-kard Khaled Ben Nasan jgħid li l-kariga tiegħu hi ta' marbuta ma' 'dokumentazzjoni u informazzjoni".


Kard oħra li tinsab f'idejna jgħid li hu membru tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni ta' dik li tissejjaħ 'Special Deterrent Force'. Il-kard tgħid li Khaled għandu l-kariga li għandha x'taqsam ma' 'dokumentazzjoni u informazzjoni".

Fl-aħħar jiem inewsmalta.com irrapporta kif dan is-Sirjan hu magħruf mal-Pulizija Maltija u anke kien segwit mis-Servizz Sigriet Libjan.  

F'dawn l-aħħar jiem, f'inewsmalta.com irrapportajna kif dan kien imkeċċi minn Identity Malta minħabba li kien qed imur jakkumpanja persuni Tuneżini. 

L-imejls li hemm fuq dawn il-kards huma tal-gmail account inkella tal-kumpaniji privati tiegħu. Dawn qed iqajmu għadd ta' mistoqsijiet dwar kemm dawn il-kards jistgħu jittieħdu bis-serjetà.
    •    


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home