Mal-ħmieġ issa qed jilmentaw anke mill-firien
Quddiem il-problema ta' nuqqas ta' indafa, residenti f'żoni Buġibba mhux biss qed jilmentaw minn nuqqas ta' indafa imma anke minn firien kbar li qed jidhru regolarment u b'mod kontinwu fit-toroq. Jidher li f'xi inħawi dawn il-firien ma tantx jiddejqu mill-preżenza tal-pubbliku tant li qed jibqgħu fit-toroq fejn ikunu iduru u jfittxu l-ikel.Żoni milqutin sew minn din il-problema huma Triq it-Tempesta fejn tiġi f'kantuniera ma' Triq il-Gilju. Fil-qrib hemm it-Tribunal Lokali.
Dalgħodu kull min kien fl-inħawi seta' jara għadd ta' firien fiż-żona fejn ma naqsux li jinġibdu r-ritratti.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home