Saturday, September 3, 2016

Is-Sirjan kien jinqeda bl-isem ta' al Harati

Is-Sirjan Khaled Ben Nasan, il-persuna li ħareġ bl-allegazzjonijiet dwar viżi mediċi għal persuni Libjani biex jiġu għal kura f'Malta, fl-aħħar xhur allegatament kien qed juża l-isem ta' Al Harati eks-Sindku ta' Tripli biex allegatament jinfluwenza persuni Libjani. Khaled deher diversi drabi fil-kumpanija ta'  dak li kien is-sindku ta' Tripli Mahdi al Harati. Sorsi qrib persuni Libjani f'Malta qalulna li Khaled Ben Nasan kemm-il darba mar l-ajruport b'karozza tat-tip BMW kulur il-fidda, fejn dan allegatament ġabar lil Harati minn hemm. Jidher li kienu diversi drabi li  meta Harati jkun f'pajjiżna l-istess Ben Nasan jidher fil-kumpanija tiegħu. Sorsi qrib Libjani li tkellmu ma' inewsmalta.com qalulna li allegatament 'Ben Nasan kemm il-darba tkellem magħhom dwar kemm hu ħabib ma' Al Harati".
Jidher li kien hemm anke laqgħat bejn persuni Libjani li fihom kien hemm al Harati u anke is-Sirjan.

inewsmalta.com bagħat għadd ta' domandi lil Khaled Ben Nasan fuq indirizzi elettroniċi fuq kards li hu qassam fost Libjani u Sirjani. Staqsejnieh jikkonferma l-allegata ħbiberija tiegħu ma' Harati u jekk jikkonfermax li kemm il-darba iddikjara ma' Libjani li hu ħabib ta' al Harati. Tlabnieh jikkonferma jekk hux minnu li kemm il-darba kien xufier tiegħu u wassal lil Harati f'diversi postijiet f'Malta. 
Minkejja li bgħatna l-korrispondenza ma waslitilna l-ebda risposta mingħandu.

Hekk kif fl-aħħar jiem inewsmalta.com xandar rapporti li allegatament Ben Nasan  għandu jagħti ammonti kbar ta' Ewro lil għadd ta' Libjani u kif matul l-aħħar ġimgħat kien allegat li qed jibdel il-post fejn jorqod u l-vettura li juża. 

Sorsi viċin Ben Nasan li jkunu fl-inħawi tal-Gżira u Tas-Sliema allegaw ma' dan il-ġurnal kif dan spiss juża l-ħbiberija li għandu ma' Harati biex jikkonvinċi lil terzi persuni. L-istess sorsi qalulna li biex jidher viċin dak li kien sindku ta' Tripli, meta Al Harati ikun Malta, allegatament joffri li jwasslu minn post għall-ieħor. Allegatament jidher li dan qed isir bl-iskop li jidher b'saħħtu f'għajnejn il-Libjani. 
Kif irrappurtajna diġà hawn għadd ta' Libjani f'pajjiżna li huma urtati għall-aħħar li Ben Nasan qed jiġi msejjaħ li hu Libjan meta filfatt hu Sirjan.

L-istess sorsi qalulna ukoll kif allegatament Mahdi al Harati kien qed inaqqas il-kuntatti ma' Ben Nasan, hekk kif tul dawn l-aħħar xhur dan beda jiġi konxju ta' għadd ta' allegati irregolaritajiet li seħħew.  Dawn l-allegati irregolaritajiet mis-Sirjan bdew jiġu allegati minn diversi Libjani. 



0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home