Żoni tal-għawm bla għawwiema
Żona mill-aktar popolari mal-għawwiema f'San Pawl il-Baħar hi dik magħrufa bħala wara l-Menqa eżattament biswit il-Gillieru.
Fil-ġimgħat li għaddew, matul il-ġimgħa u b'mod partikolari fi tmiem il-ġimgħa din il-ġimgħa tkun karatterizzata minn għadd ta' għawwiema. Illum imma għalkemm ninsabu fl-aqwa tal-istaġun tal-għawm f'din il-parti ma kienx hemm ruħ. Kull min kien sejjer hemm beda jaraha stramba kif m'hemm ħadd. Ma tantx idum biex jinduna għax kif iħares lejn il-baħar mill-ewwel jinduna bit-tniġġis li hemm.
Dan it-tniġġis fl-aħħar jiem kien fuq fomm kulħadd, tant li l-Gvern għamel studju u ġie konkluż bir-riżultat ikun li dan ġej minn irziezet tal-ħut. Sidien tal-irziezet tal-ħut bagħtu kampjuni barra biex ikunu analizzati.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home