Mhedded jew le? La telefonati u lanqas SMSs fil-ħin indikat minn Ben Nasan
Iċ-ċirkostanzi li qed iqajmu ħafna mistoqsijiet u li jikkonċernaw lis-Sirjan Ben Nasan, il-persuna li ħareġ bl-allegazzjonijiet dwar ħruġ ta' viżi mediċi lil persuni Libjani, komplew jiżvolġu fl-aħħar jiem. Dan għax issa apparti dubji fuq il-kards li kien iqassam, qed jirriżulta li anke fir-rapport li għamel nhar il-Ġimgħa l-Għassa ta' San Ġiljan hu mimli b'ħafna mistoqsijiet. inewsmalta.com hu infurmat, minn sorsi qrib Ben Nasan stess, li fil-ħin li fih suppost saret it-telefonata li fiha allegatament kien mhedded Ben Nasan, liema ħin indikah hu stess lil Pulizija, issa qed jirriżulta li f'dak il-ħin fuq il-mowbajl ta' Ben Nasan ma saret ebda telefonata.
L-istess sorsi infurmaw lil inewsmalta.com li anki n-numru li hu stess għadda lill-Pulizija, instab li kien numru li ma jeżistix. L-istess ħaġa hi dwar l-sms li hu indika fejn anke dan allegatament ma rriżultax mill-ewwel investigazzjonijiet sostnew l-istess sorsi. inewsmalta.com hu infurmat ukoll li kollox jindika li Ben Nasan reġa' spiċċa għand il-Pulizija fejn wieħed jifhem li kien konfrontat b'dak li rriżulta mill-investigazzjoni. L-istess sorsi qalulna li hawn hu jidher li qalilhom li kien tahom il-ħin u n-numru ħażin.
Wara qalilhom li t-telefonata kien irċeviha minn telefonija b'internet bħal 'viber' jew 'whatsapp'. inewsmalta.com hu infurmat li dawn is-sistemi ma jistgħux jiġu jintraċċati. Biss, biex tirċievi telefonati b'dawn il-mezzi inti trid tkun aċċettajt lil min jagħmillek it-telefonata u għalhekk min jirċievi telefonata jkun jaf minn fejn hi ġejja. Ben Nasan fir-rapport li kien għamel lill-Pulizija ta' San Ġiljan kien qal li ġie mhedded u li anke ġew mheddin it-tfal. inewsmalta.com hu infurmat li għand il-Pulizija Ben Nasan kien akkumpanjat mill-konsulent legali tiegħu. Fl-aħħar jiem inewsmalta.com xandar għadd ta' rapporti fosthom dwar kards dubjużi li kien qed iqassam Ben Nasan u l-allegat użu tal-ħbiberija ma' Mahdi al Harat eks sindku ta' Tripli biex allegatament jinfluwenza Libjani f'Malta.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home