L-allegazzjonijiet minn Sirjan fuq ħruġ ta' viżi mediċi lil persuni Libjani... Il-Pulizija kienet ilha minn Mejju tinvestiga
Il-Pulizija Maltija kienet qalet li ma sabet l-ebda provi dwar l-allegat ħruġ ta' viża irregolari lill-pazjenti Libjani minn Neville Gafà, uffiċjal fil-Ministeru għas-Saħħa. Dwar dan il-każ, matul il-ġimgħa L-ORIZZONT xandar stejjer ta' kards dubjużi li kien qed iqassam is-Sirjan fejn anke r-rappreżentant tal-Gvern Libjan fi Tripli kien esprima dubji dwar l-awtentiċità tagħhom.
Il-Pulizija kienet enfasizzat li mill-investigazzjonijiet li għamlet ma sabet ebda prova ta' mġiba kriminali minn Gafà u persuni oħra li kienu involuti fil-ħidma tal-Gvern Malti fl-assistenza tiegħu lil-Libjani midrubin.
Fost l-allegazzjonijiet li saru kien hemm dik li kien hemm persuni li għamlu bejn €2 miljun u €3 miljun minn ħruġ ta' viżi f'xibka ta' tixħim u irregolarità.
Għaldaqstant il-Pulizija sostniet li waqqfet l-investigazzjonijiet tagħha f'dan ir-rigward.
Min-naħa tiegħu Neville Gafà kien qal li huwa kkopera mal-Pulizija fl-investigazzjoni li kien talabha tagħmel huwa stess. Fakkar li malli bdiet din l-investigazzjoni hu kien talab lill-Ministeru għas-Saħħa biex iwaqqaf kull hidma relatata ma' viżi mediċi "
L-uffiċjal tal-Ministeru għas-Saħħa reġa' ċaħad l-allegazzjonijiet li kien idaħħal madwar €150,000 fix-xahar minn tixħim biex jinħarġu viżi u qal li dawn l-allegazzjonijiet kienu biss qlajja' minn persuni dubjużi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home