Ħmistax-il jum fuq dgħajsa tas-salvataġġ
Wara li xi ġimgħat ilu kien hemm inċident fejn il-bastiment ta' SeaWatch kien intlaqat minn tiri waqt li kien fuq missjoni ta' salvataġġ, issa qed jirriżulta li din l-organizazzjoni waqqfet żona għas-sigurtà biex din tkun tista' tintuża f'każ ta' attakk serju jew inċident. Intant f'rapport li ġie pubblikat minn Vice News, ġiet rakkontata l-esperjenza li tagħmel ġimgħatejn abbord bastiment li jkun qed iwettaq missjoni ta' salvataġġ. Ir-rapport ta' Vice News jgħid li "r-radar abbord id-dgħajsa għandu firxa massima ta' 130 mil nawtiku. Imma ma jiswa xejn f'dawn l-operazzjoni ta' salvataġġ ta' dgħajjes li jitilqu mil-Libja. Dawn tant huma żgħar li ma jinqabdux. Għalhekk meta ninsabu fis-senas 2016, it-tromba hi l-aktar għodda li tintuża u li tista' toqgħod fuqha. Bil-lejl ħa tara dwal fil-bogħod. Dawk ikunu il-bjar tal-gass u ż-żejt". Il-bastiment li kienu abbord fuqha u li hu dak ta' l-organizazzjoni Ġermaniża SeaWatch, ittajjar bandiera Olandiża. Dan għandu tul ta' 32 metru u 7.2 metru wisa. Inbena fis-sena 1968 u għandu kapaċita ta' 29 tunnellata ta' fjuwil.
Jirrakkonta kif fuq l-iskrin tar-radar wieħed jista' jara tikek ħodor. Dawk ikunu bastimenti oħra fiż-żona li jkunu qed iwettqu ukoll missjonijiet ta' salvataġġ. Kull 30 minuta minn fuq dan il-bastiment tintbagħat kommunikazzjoni liċ-ċentru ta' kordinament f'Ruma, fejn fiha tkun komunikata l-veloċità tal-bastiment u fejn jinsab. Kull siegħa issir spezzjoni fiż-żona fejn hemm il-magni fejn dan isir biex ikun żgurat li t-temperatura ma taqbisx il-500 grad. F'każ li jkun hemm problemi, abbord hemm persuna teknika li tintervjeni hi. Kull erba' sigħat, il-persuni li jkunu qed jgħarrxu għad-dgħajjes bl-immigranti jinbidlu, skont kif ikun hemm imniżżel f'log book apposta.
Il-kap tal-missjoni jgħid li "il-ħin hu l-unika ħaġa li ma nistgħux nikkontrollaw." F'3.45 ta' filgħodu jindaqqu l-iżveljarini, waqt li fuq ir-radju hemm channel apposta ta' kommunikazzjoni bejn dawn l-organizazzjonijiet umanitarji. Abbord il-bastiment hemm erba' trombi u xejn inqas inn 585 ġakketta tas-salvataġġ. Wara li jkun intużaw fis-salvataġġi, dawn l-istess ġgieget ta' salvataġġ jinħaslu u jkunu disinfettati. Fi tmiem il-missjoni ta' salvataġġ, isir rendikont ta' affarfijiet li intużaw u ta' dawk li baqgħu ma intużawx. Jirrakkontaw kif f'wieħed mis-salvataġġi li seħħ riċentament raw ħmistax-il katavru maqbudin f'dgħajsa. Mietu b'nuqqas ta' ossiġnu u bis-sħana. Il-bandiera abbord il-bastiment Olandiż titniżżel b'sinjal ta' rispett lejhom. Wieħed mill-voluntieri abbord jgħid lil Vice News li "ninsabu rrabbjati u frustrati.
Dawn il-persuni inqatlu għasx ħallsu €1,000. Mietu għal raġuni waħda - għax ma ħallejnihom iħallsu €500 biex jaqbdu ajruplan jew bastiment sigur." |r-rapport ta' Vice News jiddeskrivi dan bħala 'l-ipokrezija Ewropea". Hekk kif jaslu bil-persuni salvati abbord il-bastiment isiru t-testijiet tat-temperatura tal-ġisem, il-livell ta' zokkor, u jekk hux qed ibatu minn ipotermja. Jaraw jekk humiex fi stat li jimxu. Jekk ikun hemm xi ħadd li jkun f'periklu li jitlef ħajtu jissejjaħ helikopter biex dik il-persuna tittieħed fl-eqreb sptar.
Vice News jirrakkonta esperjenza tat-trawma li jkunu fiha dawn il-persuni. Tzenna hi tifla Niġerjana ta' 22 sena. Wara li kienet salvata raqdet iżda f'daqqa waħda qamet u bdiet tistaqsi għal oħtha. Jassigurawha li kulħadd kien salvata. Jagħmlu nofsiegħa iduru l-bastiment u jistaqsu għal Juliet. Ħadd ma kien jaf biha. Jagħmlu kuntatt ma' bastimenti oħra biex jaraw ġietx salvata. Ħadd ma kellu persuni b'dak l-isem. Tidħol fin-nofs tfajla oħra Niġerjana u din tgħid Tzenna kienet qed tivvjaġġa waħidha. Anki fil-Libja kienet waħidha. Tzenna tgħid li mhux veru. Terġa' tintefa' torqod. X'ħin qamet ma ftakret xejn minn dak li kienet qalet ftit sigħat qabel.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home