Pazjent jitlob biex jara lill-kelba: 'Kif stajna ngħidulu le?!'
"Aktar kmieni matul il-ġurnata tal-lum, pazjent li kien rikoverat fl-Isptar Mater Dei, talab li jara lill-pet tiegħu li tant iħobb. Din hi kelba bl-isem ta' Sophie. Kif stajna ngħidulu le? Wara xi diskussjonijiet, il-professjonisti tagħna għamlu l-arranġamenti meħtieġa biex tinġab il-kelba. Kien mument speċjali. Anki aħna bkejna". Dan kien il-messaġġ li nkiteb fuq is-sit soċjali tal-Isptar Mater Dei, waqt li xxandar ir-ritratt ta' din iż-żjara speċjali.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home