Thursday, September 8, 2016

Inqas minn 5,000 persuna rilokati minkejja li offrew post għal 160,000 persuna

Għaddiet sena minn mindu l-Istati membri tal-Unjoni Ewropea qablu bejniethom li jirrilokaw xejn inqas minn 160,000 persuna li kienu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali u li kienu miżmumin fl-Italja u l-Greċja. Biss minkejja dak deċiż u minkejja li għaddew tnax-il xahar kienu biss inqas minn 5,000 persuna li ġew rilokati.  

Kien hemm ftit aktar minn 1,000 persuna li ġew rilokati mill-Italja u 3,493 persuna li ġew rilokati mill-Greċja.  Malta kienet offriet il-post lil xejn inqas minn 131 migrant li kienu fl-Italja u l-Greċja. Sa issa pajjiżna ħa biss 50 migrant, li jfisser li għad irid jirriloka 81 persuna.

Il-fatt ta' kif l-Unjoni Ewropea waqgħet lura fir-rilokazzjoni, għalkemm dawn il-pjani kienu mifruxin fuq sentejn, wasslu biex il-Kummissjoni Ewropea qed tħeġġeġ lill-gvernijiet nazzjonali biex iżidu l-isforzi tagħhom biex iwettqu r-rilokazzjoni ta' migranti.  

Għalkemm hemm min qed jindika u jagħmel pressjoni biex ikun hemm sanzjonijiet fuq il-pajjiżi li ma jkunux irrilokaw l-migranti.  Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Migrazzjoni, Dimitris Avramoupoulos kien kiteb lill-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi membri u fiha ħeġġiġhom jirrilokaw aktar migranti.

Hemm pajjiżi Ewropej li baqgħu ma rrilokaw ebda migranti u dawn huma l-Awstrija, id-Danimarka, l-Ungerija, il-Polonja u r-Renju Unit. 

Il-pajjiżi li l-aktar li rrilokaw migranti kienu Franza, il-Finlanda u l-Olanda.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home