Bastiment ieħor fil-Mediterran biex isalva l-immigranti li jitilqu mil-Libja
Iż-żona taċ-ċentru tal-Mediterran se jkollha bastiment ieħor li l-għan tiegħu se jkun dak li jsalva l-persuni li jkunu abbord dgħajjes fi triqithom mil-Libja lejn l-Ewropa. Dan il-bastiment hu tal-organizazzjoni 'Save the Children' u jġib l-isem ta' 'Vos Hestia'. Il-bastiment sa char il-Ħamis kien jinsab fil-port ta' Augusta fi Sqallija. Il-bastiment hu twil 194 pied u jtajjar bandiera Taljana. Hu għandu l-kapaċità li jżommu fuqu 300 persuna.
Matul din is-sena mietu xejn inqas minn 3,160 persuna fil-Mediterran fil-vjaġġi ta' tama mil-Libja lejn l-Ewropa. Fl-ewwel tmien xhur tas-sena li għaddiet, kienu mietu 2,656 persuna. L-ammont ta' tfal li qed jaqsmu l-baħar Mediterran ħafna drabi mhux akkumpanjati minn ġenituri, żdied b'aktar minn żewġ terzi meta tqabblu mas-sena ta' qabel. Helle Thorning Schmidt, il-Kap Eżekuttiv ta' Save the Children International qalet li "it-tfal huma. Għandna nwaqqfu l-għarqiet tat-tfal. Il-baħar Mediterran ma jistax ikun li jibqa' qabar tal-massa". Save the Children qalet li 90 fil-mija tat-tfal li daħlu l-Italja matul din is-sena ma kinux akkumpanjati minn ġenituri.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home