Dover tiegħi li nkun naf l-iżviluppaturi tas-sit tal-Jerma x'għandhom f'rashom
- is-Sindku ta' Marsaskala
Pubblikament qalha kemm-il darba, li kien tkellem ma' l-iżviluppaturi tas-sit tal-Jerma. Għamilha xhur ilu meta inewsmalta.com irrappurtat perikli li kien hemm fis-sit, bis-Sindku Mario Calleja jieħu azzjoni u jitkellem mal-kuntrattur biex dan jara li jagħlaq is-sit kif filfatt sar. Fil-laqgħat tal-kunsill ukoll kemm-il darba qal li tkellem mal-kuntratturi, inkluż fl-aħħar laqgħa. Għalhekk kienet sorpriża għas-Sindku Mario Calleja meta dalgħodu ra li sab ruħu fuq il-paġna tal-ġurnal Nazzjonalista 'In-Nazzjon". Is-Sindku Laburista Mario Calleja, jikkummenta li "minkejja li suppost qiegħed qamar il-għasel xorta waħda insegwi xi jkun għaddej. Tad-daħk jew tal-biki. Il-kunsillier kollega tal-Partit Nazzjonalista Charlot Cassar għal darba' oħra, fl-opinjoni tiegħi għoġbu jipprova jiskurani mal-ġurnal. Qal li jiena għandi kuntatt mal-iżviluppaturi tal-Jerma. Qabad każ tarax. Ilni ngħid tant li tkellimt magħhom u semmejtha kemm pubblikament kif ukoll fl-aħħar laqgha tal-Kunsill. Huwa dover tiegħi inkun naf x'għandhom f'rashom dawn".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home