"Bżonn li l-ftehim mal-Afrika jieħu aktar ħajja"
Fis-summit tal-Pajjiżi tal-Mediterran fl-Unjoni Ewropa qed tissemma b'mod insistenti l-immigrazzjoni. inewsmalta.com hi infurmata li fil-laqgħa li għaddejja ssemma l-Valletta Summit li sar f'Maltaq f'Novembru li għadda. Infurmati li kemm il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi kif ukoll il-President Franċiż Francois Hollande, semmew il-bżonn u l-importanza li l-ftehim li kien intlaħaq f'Malta mal-pajjiżi Afrikani jingħata aktar ħajja. Infurmati ukoll li fis-sessjoni li għadha kif saret kien hemm qbil li hu importanti li pajjiżi tal-Mediterran jiltaqgħu bejniethom, allavolja ma jkunux jaqblu f'kollox.
Kien enfasizzat li bħala pajjiżi tal-Mediterran fl-Unjoni Ewropea hemm bżonn li jkunu aktar kordinati.
Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras, meta tkellem dwar dan is-summit informali, iddikjara li "l-għan tagħna hu li niżviluppaw viżjoni Ewropea li tista' tindirizza l-isifidi ekonomiċi, l-immigrazzjoni u s-sigurtà. F'dan is-summit se jattendu l-President Ċiprijott, Nicos Anastasiades, il-President Franċiż Francois Hollande, il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat u l-Prim Ministru Portugiż Antonio Costa. Il-Prim Ministru Spanjol se jkun rappreżentat mis-Segretarju tal-Istat għall-Unjoni Ewropea, Fernando Eguidazu.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home