Petizzjoni mill-MUT fuq il-każ tal-LSA Għawdxija
Il-każ marbut ma' Karen Merċieca, li kienet taħdem bħala LSA fi skola f'Għawdex, u li L-ORIZZONT u inewsmalta.com kienu qed isegwu mill-qrib, kellu żvolta ġdida u dan hekk kif bdiet tinġabar petizzjoni mill-Unjin tal-Għalliema (MUT). Fil-petizzjoni qed jingħad ċar u tond li l-Qrati qed ikunu insensittivi. L-istess petizzjoni titlob li jkun hemm riforma proprja fil-Qorti tal-Ġustizzja u dan biex ma jkunx hemm detriment għall-persuni jew familji.
L-istess petizzjoni qed titlob li l-każ ikun trattat b'mod holistiku b'deċiżjoni li tkun tinkoprora kumpens għal din il-persuna li ilha ħames snin għaddejja minn trawma. Fis-sentenza tagħha l-Qorti kienet qalet li "meta wieħed iqis kollox mhix konvinta dwar il-provi mressqa mill-Prosekuzzjoni. Qalet li għalhekk il-Prosekuzzjoni ma rnexxilhiex tipprova l-każ tagħha." Wara l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali appella u dan l-appell kien differit għal diversi drabi. Issa d-data tas-smiegħ ta' l-appell hi Jannar.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home