Laqgħa informali tal-Kapijiet Ewropej f'Malta f'Jannar li ġej..
Sinjal ieħor ta' rispett kbir lejn Malta
Wara s-sittin sena mindu sar it-trattat ta' Ruma, l-Ewropa l-ġdida se tkun diskussa f'Malta f'laqgħa informali tal-Kapijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Din il-laqgħa se ssir f'Jannar tas-sena d-dieħla. Din il-laqgħa informali se ġġib lejn pajjiżna l-mexxejja tal-Istati membri tal-Unjoni u hi sinjal ieħor ta' rispett li jgawdi pajjiżna. F'Novembru li għadda f'pajjiżna sar is-summit tal-Kapijiet tal-Commonwealth u l-Valletta Summit li ġab flimkien il-mexxejja Ewropej ma' dawk ta' pajjiżi Afrikani. Irid jingħad li mhux kull Presidenza tal-Unjoni Ewropea ikollha kunsill informali tal-mexxejja.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home