Monday, September 12, 2016

Ħerba fl-Aħrax tal-Mellieħa

Wieħed mill-postijiet imfittex mill-familji Maltin fix-xitwa hu bla dubju ta' xejn il-masġar fl-Aħrax tal-Mellieħa. Masġar li fih huma ħafna dawk li jorganizzaw pikniks jew jiltaqgħu fih bħala familji biex iqattgħu ħin ta' rilassament.  Fis-sajf il-post hu popolari ukoll b'mod partikolari filgħaxija.

Post li fl-aħħar jiem imma kien karatterizzat minn vandaliżmu.  Ħitan tas-sejjieħ li kien hemm fih u li nbnew minn kaċċaturi li jieħdu ħsieb il-post saru ħerba.  Kien hemm ħitan li lanqas baqa' ġebla waħda fuq oħra. 

Kollox jindika li min waqqa' l-ħitan m'għamilx dan biex isib il-bebbux kif ġieli jiġri imma għamel dan sempliċiment biex iwaqqa' l-ħitan.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home