Tal-Isla jridu li s-servizz bil-baħar jerġa' jibda jieqaf fl-Isla
Waqt li kienu laqgħu b'mod pożittiv ħafna s-servizz ta' trasport bil-baħar bejn il-Belt Valletta u t-tlett ibliet, għadd ta' residenti mill-Isla għadhom qegħdin isostnu li tintlaqa' l-petizzjoni li kienu bdew jiġbru li fiha talbu lill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi biex is-servizz bil-baħar jerġa' jibda jagħmel waqfa fl-Isla.Din il-waqfa kienet issir meta beda s-servizz, imma imbagħad tneħħiet. Il-petizzjoni kienet tgħid li "l-introduzzjoni ta' servizz bil-lanċa mill-Belt għat-Tlett Ibliet intlaqa’ b'entużjażmu mir-residenti tat-Tlett Ibliet u l-akkwata tal-Port il-Kbir bħala mod alternattiv prattiku ta’ trasport. Oriġinarjament is-servizz kien jinkludi waqfa kemm f’Bormla kif ukoll fl-Isla, għaldaqstant kien ikopri għar-residenti ta’ Bormla, il-Birgu u l-Isla.
Minn ftit taż-żmien ilu il-waqfa mill-Isla tneħħiet mir-rotta u dan kellu impatt negattiv fuq ir-residenti tal-Isla li jixtiequ jkomplu jagħmlu użu minn dan is-servizz." Il-petizzjoni tgħid ukoll li "l-introduzzjoni riċenti ta' opra tal-baħar ferm akbar u t-tneħħija tal-waqfa tal-Isla inaqqas l-għanijiet ewlenin ta’ dan is-servizz b’mod sinifikanti li huma dak li tittaffa l-problema tat-traffiku fit-toroq u jiġi pprovdut mod alternattiv ta' trasport pubbliku għar-residenti tat-Tlett Ibliet. B’din il-petizzjoni, il-membri flimkien tal-Ħbieb tal-Forum tal-Kottonera qegħdin jitolbu li s-servizz tal-lanċa mill-Isla jerġa’ jibda jopera mill-aktar fis possibbli. Waqfa aktar prattika minn dik oriġinarjament introdotta tkun iż-żona ta’ madwar il-gabbani fil-bidu ta' Triq is-Sirena, minħabba li din tkun faċilment aktar aċċessibbli kemm għall-maġġoranza tar-residenti kif ukoll għat-turisti."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home