Lokalitajiet b'popolazzjoni ta' kaċċaturi bl-inqas ammont ta' voti mhux miġburin….
Rekord ta' voti mhux miġburin…
….20,937 vot ma nġabrux
F'dak li hu rekord ta' voti mhux miġburin fl-aħħar għoxrin sena, naraw li għar-referendum li se jsir illum dwar id-deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa hemm xejn inqas minn 20,937 dokument tal-vot li ma inġabrux. Dan jikkontrasta bil-kbir ma' kemm ma inġabrux dokumenti fl-elezzjonijiet passati u f'referenda oħra li saru. Filfatt għar-referendum dwar l-Unjoni Ewropea li sar fis-sena 2003 kien hemm 4,208 persuna li ma kienux ġabru id-dokument tal-vot. Għall-elezzjoni tas-sena 2008 ma ġabrux il-vot 5,266 persuna, u f'dik tas-sena 2013 ma ġabrux id-dokument tal-vot 6,500 persuna. Biss l-ammont ta' voti mhux miġburin hu fl-istess livell ta' dawk id-dokumenti li ma nġabrux fir-referendum dwar id-divorzju, għalkemm din id-darba hemm ftit aktar li ma ġabrux. Dak inhar ma ġabrux id-dokument tal-vot 20,775 persuna. Għal dan ir-referendum dwar id-deroga tal-kaċċa kien hemm 338,500 votant reġistrat.
Jekk wieħed janalizza din l-istatistika isib li lokalitajiet magħrufin sew għall-ammont ta' kaċċaturi li għandhom jaraw li l-voti li ma nġabrux kien wieħed inqas sew minn dawk ta' lokalitajiet. Filfatt il-Ħames Distrett, is-Sitt Distrett u s-Seba' Distrett kellhom l-inqas ammont ta' voti mhux miġburin. Dawn jinkludu postijiet bħar-Rabat meqjus bħala l-mekka tal-kaċċaturi, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr, Ħal Qormi, is-Siġġiewi Ħal Luqa, iż-Żurrieq, Qrendi, Imqabba u Birżebbuġa.
Jekk nieħdu l-Ewwel Distrett (Belt, Furjana, Hamrun u parti mill-Marsa) naraw li l-ammont ta' voti mhux miġburin hu ta' 2,012. It-Tieni Distrett (Birgu, Isla, Bormla, Żabbar, Kalkara u Xgħajra) l-ammont ta' voti mhux miġburin kien ta' 1,554.
Rigward it-Tielet Distrett kompost miż-Żejtun, parti mill-Fgura u Wied il-Għajn, id-dokumenti tal-vot mhux miġburin ilaħħqu għal 1,659. Ir-Raba' Distrett li fih hemm parti mill-Fgura, il-Gudja, Ħal Għaxaq u parti mill-Marsa, Raħal il-Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien, il-voti mhux miġburin kienu ta' 1,260.
Il-Ħames Distrett kellu 963 vot mhux miġbur. Dan id-distrett kien kompost minn Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Marsaxlokk, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi u ż-Żurrieq.
Is-Sitt Distrett, li fih hemm Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa kellu biss 883 vot mhux miġbur, waqt li s-Seba' Distrett il-voi li ma nġabru kienu ta' 1,069 vot. Dan id-distrett jiġbor fih l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa u r-Rabat.
Jekk nieħu it-Tmien Distrett, li jiġbor fih lil Birkirkara, l-Iklin, Ħal Lija u parti minn Naxxar, naraw li l-voti li ma nġabrux kienu ta' 1,397 vot.
Id-Disa' Distrett ma nġabrux 1,932 vot. Dan jiġbor fih lil Ħal Għargħur, l-Imsida, San Ġwann, is-Swieqi u Ta' Xbiex.
Jekk nieħdu l-Għaxar Distrett naraw li l-voti li ma nġabrux kienu ta' 2,151. Dan id-distrett jiġbor fih il-Gżira, Pembroke, San Ġiljan u tas-Sliema.
Għall-Ħdax-il Distrett, dawk li ma ġabrux il-vot kienu 1,067 persuna. F'dan id-distrett hemm il-lokalitajiet ta' Ħ'Attard, Balzan u il-Mosta.
It-Tnax-il Distrett, ma ġabrux id-dokument tal-vot 3,433 persuna. Dan hu distrett li fih hemm il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u parti minn Naxxar.
Fit-Tlettax-il Distrett, kien hemm 1,557 persuna li ma ġabrux id-dokument tal-vot, distrett li fih jiġbor lil Għawdex u l-Kemmuna.
Iridu jivvutaw 169,223 u vot magħhom
bien ir-referendum ikun validu
Ta' min jgħid li r-referendum ta’ nhar is-Sibt li ġej huwa wieħed abrogattiv li jfisser li ir-riżultat se jkun qed jorbot lill-Gvern u dan kuntrarju għal referenda oħrajn, bħal dak tad-divorzju u tal-Unjoni Ewropea, li minkejja li kellhom impatt politiku ovvju ma kienux legalment u politikament jorbtu lill-Gvern tal-ġurnata. Iżda, u huwa dan li ħafna qed jinsew, biex ir-riżultat tar-referendum ta’ nhar is-Sibt ikun jorbot iridu bilfors joħorġu jivvotaw 169,223 (50% ta’ dawk eliġibbli) u vot wieħed magħhom.
Matematikament dan huwa differenti għax f’referenda oħra anke jekk kienu ivvutaw, bħala eżempju, 40% biss ir-riżultat minn dawk l-40% kien ikun jgħodd. Din id-darba le. Dan ifisser li biex ir-referendum ta’ llum ikun jgħodd iridu joħorġu jivvutaw 50%+vot mit-338,445 votant eliġibbli. Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home