Friday, May 1, 2015



'Tolleranza', 'diversità'….
…il-Buddy Bear intlaqa' b'entużjażmu mit-tfal

'Id f'id'.  Hekk tarahom dawk magħrufa bħala 'Buddy Bears' fl-attivitajiet li jsiru. Il-messaġġ hu ċar "irridu inkunu nafu lil xulxin aħjar.  Nifhmu lil xulxin aktar. Nafdaw lil xulxin u ngħixu flimkien fil-paċi'. F'kelma waħda 'tolleranza'.  Ilbieraħ, tfal mill-iskejjel Primarji ta' San Bastjan f'Ħal Qormi, mill-Primarja ta' San Alwiġi u mill-Iskola San Anton inġabru fil-Kitchen Garden f'Ħal Lija u hemmhekk kellhom attività konnessa mal-Buddy Bear.  Kien hemm tfal li ngħataw tpinġija bil-Buddy Bear u xogħlhom kien li jużaw il-kreattività u jpinġuha. Spikkaw kuluri differenti. Uċuħ ħomor, sofor, bluni, ħodor,  kannella - f'kelma waħda 'diversità sħiħa'.  Tfal oħrajn kellhom biċċa xogħol differenti, kienu qed jagħmlu 'Buddy Bear'  wieħed li kien ta' kulur wieħed. Għat-tfal, deher evidenti li ma kinitx tagħmel differenza l-fatt li jkollok karattru  bħal dan b'kuluri differenti.
Dawn l-istess tfal ilbieraħ iltaqgħu mal-President Ġermaniż hekk kif dan wara laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Palazz ta' San Anton, żar l-attività tal-Buddy Bear fil-Kitchen Garden.   L-ewwel Buddy Bear kien introdott f'Berlin fis-sena 2002 u minn dakinhar 'l hawn saru 28 esebizzjoni  f'ħames kontinenti.  L-idea tiegħu issa qed tiġi promossa f'Malta ukoll.
Bit-tfal ixejru bnadar tal-Ġermanja u ta' Malta, ma naqsux li huma juru lil President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca u lil President Ġermaniż, Joachim Gauck, it-tpinġijiet li kienu qed jagħmlu. minn l-ORIZZONT

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home