Tuesday, October 6, 2015

Bumbardamenti mir-Russja fis-Sirja…..

"Ma naf bl-ebda kunflitt li
ssolva bil-bombi"
         -  il-Prim Ministru Joseph Muscat


Hekk kif fl-aħħar jiem komplew il-bumbardamenti mill-Qawwa tal-Ajru Russa fis-Sirja, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara fi stqarrija ministerjali wara mistoqsija mill-Kap tal-Oppożizzjoni, li hu ma jaf bl-ebda kunflitt li ssolva bil-bombi.  Il-Kap tal-Oppżizzjoni bil-mistoqsija talab informazzjoni dwar x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-attakki mir-Russja.
Fl-istqarrija ministerjali dwar dak li rriżulta mis-summit fi Brussels, l-Prim Ministru ddikjara li bil-pożizzjoni li ħadet Malta, jekk f'pajjiżna jiġi fi kriżi b'influss ta' immigranti, Malta tistenna solidarjetà konkreta.
Muscat qal li diversi gvernijiet Ewropej bidlu l-pożizzjoni tagħhom dwar l-immigrazzjoni. Dwar dan, għadda botta politika Dr. Simon Busuttil fejn iddikjara li anki Joseph Muscat bidel il-pożizzjoni għax dan kien semma' l-push back għall-immigranti. Minn naħa tiegħu Busuttil ddikjara li push back ma tistax issir.
Minn naħa tiegħu, Dr. Joseph Muscat qal li "push back saret darba biss u ma saritx minn dan il-Gvern"
Hu spjega li Malta ma ssemmietx mal-Greċja u l-Italja u dan għal raġuni li "aħna għax m'għandniex kriżi. Sa llum m'għandniex kriżi. Daħlu biss 105 persuna. Tista' tinbidel għada filgħodu".
minn L-ORIZZONT


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home