Tuesday, October 6, 2015

Il-Pulizija ma tistax tiħu passi
kontra min jilbes il-Burka

Il-kwistjoni tal-Burka li jilbsu ċerti nisa barranin qajmet diskussjoni kemm il-darba, fejn huma bosta dawk li jargumentaw li din m'għandhiex tiġi permessa.  Fil-Parlament, il-Ministru Carmelo Abela ddikjara li l-Pulizija ma tistax tiħu passi kontra min jilbes il-Burka.
Kien id-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli li staqsa  x'passi jittieħdu mill-pulizija jekk persuna tkun f’post pubbliku b’wiċċha mgħammad? Staqsa ukoll liema huma l-eċċezzjonijiet fejn il-pulizija ma’ tieħux passi kontra persuni b’wiċċhom mgħammad?

Il-Ministru Carmelo Abela wieġeb li ninsab infurmat li l-Pulizija tieħu il-passi neċessarji kontra kull persuna li tkun l-iebsa xi maskra jew tibdel is-sura tagħha bi ksur tal-Artiklu 338(n) tal-Kodici Kriminali. Passi ma jittieħdux kontra persuni li jilbsu velu li jkopri ir-ras u l-wiċċ minħabba twemmin reliġjuż, peress li dan ma jammontax għal ksur tal-istess kontravenzjoni.  Iżda il-Pulizija jistgħu jordnaw il-kxif jew tneħħija ta’ dan il-velu meta jkollhom suspett raġjonevoli li dik il-persuni tkun ser tagħmel reat"
Minn L-ORIZZONT

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home