Wednesday, October 28, 2015

https://www.youtube.com/watch?time_continue=1&v=Qgba5IVkCHY

'Malta tista' tieħu xi familji Kristjani Iraqini... jintegraw faċilment' - Fr Khalil Jaar

"Kemm jien kuntent li qiegħed hawn! Qegħdin tgħixu qiskom f'ġenna. Tistgħu tmorru faċilment minn post għall-ieħor bil-libertà kollha mingħajr ma joqogħdu jfittxulek. Tgħixu fil-paċi u fl-għaqda.  Apprezzawh dan. Din hi grazzja. Agħmlu ħilitkom biex iżżommu dan. Aħna fil-Ġordan m'għandniex hekk. Kull fejn tħares se tara tankijiet tal-gwerra u suldati. Trid tgħaddi miċ-checkpoints..."
Dan kien il-kliem li laqagħni bih Fr Khalil Jaar, meta ltqajt miegħu f'Ħ'Attard u  miegħu tkellimt dwar il-ħidma tiegħu ma' refuġjati Kristjani Iraqqini li hu akkomoda fil-Ġordan.  Għandu madwar 400 refuġjat. L-uffiċċju u l-bini li kien jopera fih hu tah lil dawn l-istess familji. Jgħidlilna li qed isirulu talbiet minn żoni fi Spanja u l-Kanada fost oħrajn, biex huma jagħtu futur lil xi familji Iraqqini.
Nistaqsuh dwar  jekk iħossx li Malta għandha ukoll tieħu xi refuġjati Kristjani Iraqqini. Qalilna li "naħseb li Malta tista' tieħu xi refuġjati Kristjani Iraqqini. Tista' tieħu ftit familji. Dawn kapaċi jgħixu mingħajr assistenza.  Huma nies edukati tajjeb. Mhux se jkunu ta' problema. Nista' ngħidlek li Spanja diġa talbet biex tilqa' għadd ta' familji nsara mill-Iraq. Kemm is-Sorijiet ta' Toledo kif ukoll organizazzjoni f'Madrid lesti li jilqgħu refuġjati Iraqqini. Anki l-Kanada lesta taċċetta refuġjati Kristjani Iraqqini".
"Qed ngħix miraklu kuljum"
Fr Khalil jieħu ħsieb xejn inqas minn 400 refuġjat mill-Iraq u s-Sirja u dan billi ipprovdielhiom saqaf fuq rashom, assistenza edukattiva  u ikel. Hu bbażat f'Amman fil-Ġordan. Jgħidilna li "meta kien hemm il-gwerra tal-Kuwajt jien kont ilqajt lil evakwati minn dan il-pajjiż. Issa f'Lulju ta' sena ilu faqqgħet il-kriżi ta' refuġjati Kristjani mill-Iraq. Dan seħħ meta l-militanti tal-Istat Iżlamiku (ISIS) ħadu Mosul. 
Dawn imbagħad taw tliet għażliet lill-familji Kristjani li kien hemm jgħixu f'dawn ż-żoni. L-għażliet kienu li jew jikkonvertu għall-Islam, jew iħallsu $100 għal kull membru tal-familja li jkollhom jew inkella jaħarbu għax jispiċċaw maqtulin. Dak il-lejl stess u wara kien hemm 240,000 persuna Kristjana li ħarġu minn Mosul. Biss l-ISIS għamlu checkpoints fuq il-fruntiera u ma ħallewhom joħorġu xejn magħhom. Il-parroċċa tiegħi bdiet tilqa' minn dawn ir-refuġjati.
Niftakar tifel żgħir li kien għadu kif wasal u dan kien il-ħin kollu jibki. Staqsejt lil ommu jekk hux ma jiflaħx iżda sirt naf li dan ma tħalliex joħroġ ġeru li kienet qed trabbi l-familja. Lil dawn intuhom ikel, ħwejjeġ, u akkomodazzjoni. Mhux dejjem hi faċli. Ftit ilu kelli nidħol l-isptar għal operazzjoni tal-Hernia. Nirċievi telefonata li m'għandhomx ikel xi jqassmu. Għedtilhom li qed l-isptar u tlabthom ikellmu sid ta' ristorant biex jagħti l-ikel hu u nħallsuh wara. Imma min ċempilli qalli li jekk ma nħallsuhx mill-ewwel mhux se jagħti ikel. Għedtilhom tuni ċans ħa naħseb. Tlabt fuq li tlabt. Jgħaddi ftit ħin u nirċievi telefonata. Min kellimni qalli li organizza festin u kellu l-ikel tal-lukanda Marriott. Qalli li minħabba tempesta tar-ramel li ħakmet il-Ġordan, fejn anki l-iskejjel inżammu magħluqa, il-festin kien tħassar u kienu lesti jġibulna l-ikel għar-refuġjati Iraqqini. Għalija jien dan hu miraklu" jgħid Fr. Jaar.
"M'għandix stampi ta' qaddisin mal-ħitan…..ir-refuġjati Kristjani huma l-qaddisin"
Fr Khalil jgħid li ħajtu nbidlet għal dejjem mindu beda jagħti l-għajnuna lil dawn ir-refuġjati. "Dawn saru l-familja tiegħi" jgħid Fr. Khalil.  "Qed ngħix mal-qaddisin. Dawn ħallew kollox warajhom għal Alla" b'riferenza ċara għal Iraqqini Kristjani li kienu sfurzati jitilqu minn fejn kienu jgħixu minħabba t-theddid tal-Istat Iżlamiku. "Aħna familja waħda", jiddikjara Fr. Jaar fejn ma jonqosx li jsemmi ż-żjara ta' isqof minn Ġerusalemm u jgħid li meta dan daħal fl-uffiċċju tiegħu qallu li hi xi ħaġa stramba kif mal-ħitan m'għandux stampi ta' qaddisin.
"Għedtlu li għandi stampa ta' ommi li mietet matul s-sena li għaddiet". Jgħid li  kien se jweġibni lura iżda jien għedtlu 'm'għandix bżonn stampi ta' qaddisin. Jien qed ngħix mal-qaddisin.  Dawn n-nies ħallew kollox warajhom. Id-djar, il-karozzi, il-fabbriki u l-flus. Ħallew kollox biex jibqgħu Kristjan. X'se ssejħilhom lil dawn? Għalija qaddisin. Meta nitkellem magħhom ngħidilhom grazzi għal dak kollu li tajtuni. Bħalissa bħala qassis jien ngħix qisni aristokratiku. L-ikel tiegħi lest u jnaddfuli d-dar. Jekk ikolli bżonn xi ħaġa nmur għand l-Isqof. Dawn in-nies imma m'għandhom xejn u huma kuntenti. Dawn tawni lezzjoni bażika - dik li ngħixu ma' ħaddiehor u li dejjem tgħid grazzi lil Alla."
"Ninkoraġġihom jidħlu fi proġetti"
Fr Jaar jinkoraġixxi lil dawn ir-refuġjati biex jidħlu fi proġetti li jiġġeneraw ċertu dħul. Hu jmur jixtrilhom żibeġ mill-bażaar ta' Amman u dawn ir-refuġjati jittrasformawhom fi brazzuletti mill-isbaħ. Hemm tifel  ta' 12-il sena bl-isem ta' Fad, li qed juri t-talent tiegħu fil-manifattura ta' ikoni, fejn il-familja qed tgħix minn dak li hu jbiegħ. Fr. Jaar ma jonqosx li jgħid li waħda mill-uġiegħ ta' ras hi dik li jipprovdi l-ikel ta' kuljum. Hu organizza sistema ta' kupuni fejn il-familja permezz ta' dawn il-kupuni jkunu jistgħu jixtru l-ikel.
Jgħid li "hu aħjar għat-tfal li jaraw lil missierhom iħallas permezz tal-kupun milli jingħataw ikel direttament.  Din iżżomm id-dinjità tal-missier.  Il-parroċċa li jmexxi Fr. Jaar tqassam kupuni li jkunu jiswew €70 u dan isir kull xahar lil madwar 100 familja ta refuġjati.
Staqsejnieh dwar l-immigranti Sirjani li kienu qed jispiċċaw l-Ġreċja jew mal-fruntiera tal-Ungerja u x'jaħseb dwar il-fatt li immigranti Sirjani qed isibu fruntieri magħluqin.   "Jien meta rajt x'kien qed jiġri kont preokuppat. Ktibt li xi Ewro Parlamentari li naf u għedtilhom joqogħdu attenti. Għedtilhom jekk hux qed jiġġennu li jiftħu l-fruntieri beraħ. Dawn l-ammont ta' Sirjani jippruvaw jidħlu fl-Ewropa tikkwalifika għal invażjoni. Xi jridu jagħmlu l-Ewropej? L-ewwel iridu jieqfu milli jbiegħu armi li qed jispiċċaw jintużaw fil-kunflitt Sirjan. L-Ewropej imbagħad iridu jaraw li jgħinu lis-Sirja u dan billi jissolva l-kunflitt u jgħinuhom jibnu l-pajjiż mill-ġdid".
"Trid tgħinhom f'pajjiżhom"
Nistaqsuh dwar l-immigranti Afrikani li jaslu f'pajjiżna u jgħidilna li "l-ewwel trid tara għaliex qed jaħarbu. Qed jagħmlu hekk minħabba gwerer u persekuzzjoni. Hu importanti li dawn il-pajjiżi minn fejn ġejjin dawn l-immigranti jkunu mgħejjunin biex jissolva l-kunflitt. Ħafna immigranti f'pajjiż partikolari se jispiċċaw jiddisturbaw u anke jiġu ddisturbati. Hi kwistjoni kkomplikata", itemm jgħid Fr Jaar.
Minn L-ORIZZONT
Ritratt u filmat: Ian Noel Pace

3 Comments:

At July 16, 2019 at 9:36 AM , Blogger SUSAN BENSON said...

Hello Sinjuri u Sinjuri, Merħba fil-Grupp Finanzjarju ta 'Sunshine; Inti fi bżonn urġenti ta 'self? Qed tfittex self immedjat għall-bżonnijiet finanzjarji kollha tiegħek? Sunshine Financial Group issolvi t-tħassib finanzjarju kollu tiegħek. Qed tippjana li tixtri dar ġdida jew karozza jew tibda negozju ġdid? Iva iva nistgħu ngħinu f'dak. Issa m'hemmx għalfejn ittemm il-pjanijiet tiegħek għax inti għandek ftit flus.

BENEFIĊĊJI EWLENIN;

- Applika ghaċ, kullimkien.
- Irċievi flus kontanti f'inqas minn 24 siegħa
- Tissellef minn € 2000 għal € 20 miljun
- L-ebda ħlas moħbi.
- Rata ta 'imgħax baxxa ta' 3%
- Ikollok iċ-ċans li Tagħżel id-Data tal-Ħlas lura, jew fil-ġimgħa, fix-xahar jew fis-sena għal perjodu ta '1-30 sena.
- Noffru self garantit u mhux garantit

Ikkuntattjana issa permezz tal-indirizz elettroniku tagħna: (sunshinefinancialgroupinc@gmail.com)

Sunshine Financial Group Inc hija s-sussidjarja ta 'wieħed mill-aktar gruppi b'saħħithom fl-Ewropa u madwar id-dinja b'kapital kbir. Sunshine Financial Group Inc issegwi strateġija li tkun preżenti fejn jinstab it-tkabbir, li tgħaqqad lill-konsumaturi ma 'l-opportunitajiet li tiġġenera, tgħin lin-negozji jikbru, l-ekonomiji li jirnexxu u individwi biex jirrealizzaw l-ambizzjonijiet tagħhom

Il-krediti tagħna huma maħsuba għal individwi mis-setturi kollha ta ’l-attività, kemm jekk inti uffiċjal tas-settur pubbliku jew privat, individwi li jaħdmu għal rashom, artiġjani, kummerċjanti, inti tipprattika f’kull settur ta’ attività, inti merħba. għat-titjib tal-ambjent tal-għajxien tiegħek u t-twettiq tal-proġetti tiegħek sabiex tappoġġja kwalunkwe persuna onesta f'sitwazzjoni diffiċli.

Jekk teħtieġ self urġenti fi żmien 24 siegħa, jekk jogħġbok ikteb lill-email hawn taħt għal aktar informazzjoni
Email: (sunshinefinancialgroupinc@gmail.com)
Email: (sunshine_fginc@outlook.com)
WhatsApp: 00447903159998

 
At October 25, 2019 at 1:58 AM , Anonymous Anonymous said...

Hello Kulhadd. Rajt kummenti minn nies li diġà kisbu s-self tagħhom minn JAMES MICHAEL PREST SERVIZZI u mbagħad iddeċidejt li napplika skond ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom u ftit sigħat ilu kkonfermejt fil-kont bankarju personali tiegħi ammont totali ta '$ 50,000 li kont talab għalih. Din hija aħbar tassew kbira u qed nagħti parir lil kull min għandu bżonn self reali biex japplika permezz tal-email tagħhom (jamesmichaelloanservices@yahoo.com) jew Whatsapp +16314912234 Jien kuntent issa li ksibt is-self mitlub għalih

 
At January 21, 2020 at 6:16 PM , Blogger Karin Sabine said...

Hello everyone, I am super excited today. I saw comments from people who had already received a loan from Sabinehelps@gmail.com and then I decided to sign up based on their recommendations and just a few hours ago I confirmed a total amount of eur 10,000 that I had requested in my own bank account. This is really great news and I advise anyone who needs a real loan to submit an application via their email: sabinhelps@gmail.com

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home