Monday, October 19, 2015

Iltaqa' miegħu għall-ewwel u l-aħħar darba…'ġbidtlu wieħed mill-aħħar ritratti" - Theo Vella


"Niftakar l-aħħar kliem li qal qabel spiċċajna l-konferenza li konna fiha. Qalilna "ibqgħu inżlu fit-toroq u spjegaw lin-nies l-importanza li jissieħbu fl-unjins".  Hemmhekk kien jintervjeni ħafna. Ġbidtlu wieħed mill-aħħar ritratti. Is-Sibt, l-għada li spiċċat il-konferenza li konna fiha bgħattlu messaġġ fuq sit soċjali. Ma smajtx mingħandu. Wara niġi infurmat minn trejdunjonisti oħra li Ali Kitapci kien spiċċa maqtul fl-attakk terroristiku li sar f'Ankara fit-Turkija".
Dan qalu lil inewsmalta.com, Theo Vella (ritratt lemin), rappreżentant tal-GWU li tlett ijiem qabel l-attakk terroristiku f'Ankara kien ma' Ali Kitapci f'konferenza  tal-ETUI.  Theo Vella kien qed jirrappreżenta s-settur tal-korpi dixxplinati f'isem il-General Workers Union.
Theo Vella, meta kkuntattjat qalilna li "jien ltqajt miegħu għall-ewwel darba tlett ijiem qabel sar l-attakk. Hu kien jispikka għax kien jintervjeni fuq kollox. Kien dejjem jgħid li għandek tmur għal strajk u meta konna ngħidulu jekk jippruvaw isolvu kwistjoni madwar medja, hu kien jgħid li dak kien għalxejn għax in-naħa l-oħra ma tiġix. Jien kont wieħed minn dawk li ġbidtlu l-aħħar ritratti. Kont sorpriż meta bgħatt messaġġ lil diversi trejdunjonisti li kien hemm fuq s-sit soċjali u dawn wieġbu iżda hu le.  It-tweġiba tiegħu la waslet u lanqas se tasal. Dan għax ġejna nfurmati mis-Segretarju tat-TUC tar-reġjun ta' Yorkshire u Humber Bill Adams li Ali kien vittma tal-attakk terroristiku." Dawk preżenti għal din il-konferenza intalbu jagħtu donazzjoni finanzjarja li se tmur għall-familja.
Ali tista' tgħid li ta' ħajtu għat-trejdunjoniżmu. Fit-Turkija llum qed jitqies bħala 'wieħed mill-eroj mhux imsemmi'. Hu kien parti mill-Independent Transportation Union, l-unjin li f'dan l-attakk tilfet 14-il membru. 

minn inewsmalta.com

1 Comments:

At November 24, 2019 at 5:21 AM , Blogger Marcus & Millichap said...

Bonġu ħabib tieghi.
Għandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?

Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.

Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.

Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
Tista 'tissellef sa 10 miljun.
Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.

Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.

Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com

Sincerament
Marcus & Millichap
CEO, Pinnacle Financial Group.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home