Monday, October 19, 2015



'Qatt ma nsejna l-infern li ħoloq il-Vulcan' - anzjani Żabbarin

"Qatt ma nsejna l-infern li ħalla l-Vulcan." "Għaddew 40 sena imma kull meta jasal l-14 ta' Ottubru niftakar fiha. Taqbadni dehxa."  "Dakinhar kont qisni qed nara film. Ma nsejthom qatt dawk ix-xeni. Dik ta' meta bdew jinġabru l-katavri bil-furkettun, baqgħet f'moħħi."

Dawn kienu l-kummenti li għaddewlna residenti Żabbarin li 40 sena ilu kienu preżenti għat-traġedja li ħalliet mara mejta u ħames membri tal-ekwipaġġ mejtin fit-traġedja tat-tiġrif tal-ajruplan Vulcan fuq Ħaż-Żabbar.
inewsmalta.com permezz tal-fotografu Ian Noel Pace u l-ġurnalista Victor Vella, marru Ħaż-Żabbar fejn tkellmu ma' anzjani dwar din it-traġedja li llum qed tagħlaq 40 sena.

Karmena Demicoli ta' 70 sena qaltilna li, "Kont sejra bit-tfal l-iskola. Kienu xi s-1.15 ta' waranofsinhar. Kienet ġurnata sabiħa ħafna.  Kelli ħabiba jisimha Lucy u għedtilha ejja mmorru ftit kmieni bit-tfal. Morna jien, hi u t-tfal.

F'ħin minnhom smajt bħal splużjoni fl-arju u nara ajruplan. Kien qed jaqbad u jisplodi fl-ajru. Beda sejjer paq paq paq.  Immutajt.  Fl-istess ħin qed narah jinfetaħ bl-istess splużjoni. Biċċa minn żaqqu marret 'l hemm u biċċiet  oħrajn ġew 'l hawn. Il-ġewnaħ waqa' fit-triq il-ġdida. Naraw bħal daħna kbira ħafna. Kelli t-tifla ż-żgħira Mariella u lil din kont kaxkartha. Lit-tfal lanqas bgħatniehom skola. Ommi kienet anke ġiet  tfittixni.  Kien hawn traġedja.  Wara qaluli li l-ġewnaħ niżel fit-triq il-ġdida. Issa hemm ikollok it-tfal tal-skola. Kumbinazzjoni lanqas  ħadd ma ħareġ. Veru li l-Madonna tal-Grazzja ħelsithielna. Meta jasal iż-żmien tiegħu jien nibda ngħid li traġedja bħal din qatt ma rajt. Dakinhar kont qisni qed nara film. Qatt ma nsejtha; dejjem niftakar fiha," tirrakkonta Karmena.

Angelica Schembri, li toqgħod f'dar li jisimha Vulcan u hemm anki biċċa mill-ajruplan imwaħħla mal-faċċata, meta tkellmet ma' inewsmalta.com qaltilna li, "Jien kont hawn fid-dar. Smajna splużjoni. Hsibnieha xi ċilindru tal-gass. Lil ommi għedtilha l-marelli dan iċ-ċilindru x'ħoss għamel. Ħriġt niġri u kif ħarist 'il fuq nara daħna kbira."

Tispjega kif ġew infurmati biex jitilqu minn darhom  u marru f'żona oħra f'Ħaż-Żabbar. Ma stajniex ma nistaqsuhiex dwar il-biċċa metall li hemm mal-faċċata tad-dar tagħha u l-isem 'Vulcan',  u tgħidilna li dik kien ġabha missierha.

inewsmalta.com tkellem ukoll ma' Grace Pace, li qaltilna li, "Kieku dak iż-żmien kont ngħix hawn u ma kontx għand ommi ma kont inkun naf xejn. Inzerta li ommi kellha attakk f'qalbha u konna morna ngħixu għal xi żmien magħha. Kont qed nieħu t-te u ommi kienet fis-sodda u smajna qisu ħsejjes bħal trikki trakki. Ommi qaltli "ġew għalina. Daħluna". Il-ħoss ġie qisu mill-bitħa. Jgħidu li jien fil-gwerra meta kont għadni daqsxejn ta' tifla meta kont nisma' l-ajruplani kont nitla' fuq il-bejt. Dakinhar insejt lit-tfal u tlajt fuq il-bejt. Ftaħt il-bieb biex nara x'ġara.  Nara mhux ħuġġieġa waħda imma ħafna ilsna tan-nar. Għedtilha  ġara xi ħaġa fit-triq il-ġdida. Ittawwalt fit-triq u rajt infern. Rajt lill-kappillan u t-tabib. Inkwetajt għax ir-raġel kien xogħol u t-telefown inqata'. Hu kellu jimxi mill-Fgura sad-dar għax ma setax iċempel. L-għalliema tat-tifel ġiet id-dar bex iċċempel u sserraħ ras il-qraba tagħha. Imma ma setgħetx taqbad.  Morna t-triq il-ġdida u rajna dak id-diżastru. Kullimken iswed u tifrik. Dik li mietet, kien hemm xi ħadd li qalli li kienet spiċċat maħruqa u kienet qisha qed tara zokk ta' sigra. Għarfuha minn xi ħaġa tad-deheb li kellha."

Tgħidilna li, "Għadda dan iż-żmien kollu u l-qatgħa tibqa' fuqek. Allavolja għaddew erbgħin sena.  Meta niftakar tiġini dehxa. Kull sena niftakar fiha."

F'dik it-traġedja mietet Vinċenza Zammit ta' 48 sena u ħames membri li kienu jiffurmaw parti minn ekwipaġġ ta' sebgħa fuq ajruplan militari Ingliż tat-tip Vulcan Bomber. L-ajruplan wara li sploda kien ħalla straġi sħiħa fi Triq is-Santwarju f'Ħaż-Żabbar.  L-ajruplan kien fuq titjira ta' taħriġ minn Londra għal Malta u kien mistenni jdum Malta tlett ijiem.

Kawża tal-isplużjoni mhux inqas minn għoxrin Malti, fosthom tifel ta' madwar seba' snin, kienu ttieħdu b'urġenza fl-Isptar San Luqa.  Wara li ġew imdewwijin tmienja minn dawk feruti intbagħtu lejn id-dar u sebgħa oħra nżammu għal aktar kura.

Kien għall-ħabta tas-siegħa ta' waranofsinhar meta l-ajruplan Vulcan deher riesaq lejn l-ajruport.  Kif kien xi mitejn jarda bogħod, qabel ma mess mal-mitjar, l-ajruplan beda nieżel b'ħeffa mhux tas-soltu.  Bis-sabta li ħa, il-Vulcan tajjar ir-roti tax-xellug u għal xi tul tkaxkar fuq denbu. Dan l-episodju qasir kien il-bidu ta' traġedja li kexkxet liż-Żabbarin.

Jidher li l-bdot kien iddeċieda li ma jkomplix jillandja u reġa' tar.  Dan irnexxielu jagħmlu.  Dilettant tal-ajvazzjoni li dakinhar kien qed jisma' r-radju fuq il-frekwenza tat-Torri tal-Kontroll, sema' lill-bdot jgħid li "se nagħmel dawra oħra". It-tweġiba mit-Torri tal-Kontroll kienet li "naħseb li l-ajruplan qed jaqbad".

L-ajruplan deher qed idur iżda kif kien fuq Ħaż-Żabbar dan iddisintegra u sploda.  Żewġ membri tal-ekwipaġġ irnexxielhom jaqbżu bil-paraxut.

Żewġ  partijiet kbar mill-ajruplan niżlu fl-iskola primarja  u fuq bejt ta' garaxx li hemm fi Triq Santa Tereża viċin l-iskola.  Għalkemm dak il-ħin fl-iskola kien hemm xi tfal u xi għalliema, b'fortuna kbira ħadd ma weġġa'.  Partijiet żgħar oħra ġew f'għelieqi fil-qrib, fuq bjut, fi djar u fi pjazza San Ġakbu magħrufa bħala l-Misraħ. Għadd ta' aerials tat-televiżjoni tqaċċtu u d-dawl elettriku nqata' minnufih. Għadd ta' karozzi fil-qrib inħarqu bl-istess petrol li ħalla warajh l-ajruplan sekondi qabel niżel fl-għalqa.

Fi Triq  is-Santwarju kien hemm konfużjoni sħiħa u fl-għelieqi 'l ġewwa minn Triq Santa Duminka, fejn straħ l-ajruplan, kien hemm storja oħra. In-nies marret bi ħġarha fuq il-post fejn kien hemm xeni deskritti minn dawk preżenti bħala 'tat-tkexkix'. Fil-ġenb ta' din l-għalqa kien hemm  l-ajruplan miksi bi dħaħen u nirien. F'ħin minnhom instemgħu żewġ splużjonijiet qawwija. Waqt li kienet qed issir ġlieda kontra n-nirien, ġriet l-aħbar li kien hemm dar li kienet qed taqbad.  

Tħejja dokumentarju

Intant fl-okkażjoni tal-40 sena anniversarju minn din it-traġedja, is-Sottokumitat Edukazzjoni u Żgħażagħ fi ħdan il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar ħejja dokumentarju biex ifakkar din it-traġedja. Dan jikkonsisti f'intervisti u filmati antiki. Il-ġrajja se titfakkar b'quddiesa llum u wara  jkun hemm programm qasir fejn se jintwera dokumentarju.
minn inewsmalta.com

1 Comments:

At November 24, 2019 at 5:21 AM , Blogger Marcus & Millichap said...

Bonġu ħabib tieghi.
Għandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?

Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.

Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.

Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
Tista 'tissellef sa 10 miljun.
Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.

Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.

Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com

Sincerament
Marcus & Millichap
CEO, Pinnacle Financial Group.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home