Monday, October 19, 2015


Dewmien fix-xogħol fuq l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni

Ix-xogħlijiet fuq l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni jidher li se jdumu aktar minn dak previst ftit tax-xhur ilu. Waqt li kien issemma li l-Ipoġew se jkun magħluq fl-ewwel ħames xhur tas-sena d-dieħla, issa qed jirriżulta li x-xogħol li se jsir mistenni jitlesta f'Settembru tas-sena li ġejja. Jidher li dan id-dewmien seħħ minħabba studji tekniċi li kien hemm bżonn isiru fil-post. Ftit tal-ġimgħat ilu nħarġet tender għax-xogħlijiet, liema xogħlijiet huma bżonjużi biex jagħtu dehra isbaħ lil dan il-post.
Ta' min jgħid li uffiċjal ta' Heritage Malta li kien tkellem magħna ftit tal-ġimgħat ilu kien qalilna li fl-ewwel ħames xhur tas-sena li ġejja, l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni se jkun magħluq għall-pubbliku. Kien qalilna li dan se  jingħalaq bejn Jannar u Mejju iżda għad m'hemmx dati speċifiċi ta' meta se jinfetaħ. Enfasizza li dan se jsir bħala parti minn programm ta' konservazzjoni.
Minn studji li diġà saru, qed joħroġ biċ-ċar li l-akbar sfida li għandu l-Ipoġew hi dik tal-bidla fit-temperaturi. Peress li hi struttura taħt l-art, bidla fit-temperaturi twassal għal tibdil fil-kundizzjoni tal-ġebla fosthom fl-imluħa tal-ġebla li tispiċċa tikkristallizza u tagħmel ħsara lill-istess tpinġijiet li hemm.
Il-kuratriċi tal-Ipoġew, Marie Elena Zammit, meta f'okkażjoni oħra kienet ikkummentat magħna dwar dan, qalet li l-istudji se  jiddeterminaw jekk hemmx deterjorazzjoni tas-sit u jekk fl-affermattiv, ir-rata ta' din id-deterjorazzjoni u l-ħsara li qed issir.
Il-kuratriċi kienet qaltilna li, "Sa issa diġà saru diversi studji. Se nkunu qed nagħmlu wkoll studju fuq id-deterjorazzjoni tal-istess sit. Dan hu parti minn dawn l-istudji. Jiġifieri l-istudju dwar id-deterjorazzjoni mhux studju waħdu. Dan hu sit delikat,  u fih hemm diversi tpinġijiet uniċi f'Malta. Dawn l-istudji qed isiru biex ikollna aktar informazzjoni u b'hekk inkunu nistgħu nieħdu miżuri biex is-sit jitmexxa u jkun protett b'mod aħjar."
Kienet enfasizzat li permezz ta' dawn l-istudji se tkun tista' tinħoloq metodoloġija fejn se jkun stabbilit jekk hux qed issir deterjorazzjoni fil-ġebla tal-istess sit. Bħalissa wkoll għaddej studju fejn qed jaraw l-istat ta' kull ħajt, saqaf u art fejn qed ikun dokumentat kollox. Dan hu studju importanti  għax permezz tiegħu se jkunu stabbilit jekk hemx tibdil u deterjorazzjoni fil-ġebla.
Marie Elena Zammit kienet sostniet li, "L-akbar sfida li għandna hi l-bidla fit-temperatura. Din toħloq sfidi kbar għax meta t-temperatura tinbidel, l-imluħa tal-ġebla tinbidel u tikkristalizza. Din tagħmel ħsara lill-ġebla u lit-tpinġijiet li hemm u li dawn jinsabu fuq il-wiċċ tal-ġebla."
Dan il-proġett hu ffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea taħt l-EEA. L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni kien tempju li tħaffer fil-blat kważi 4,500 sena. Jixbah tempji oħra li nstabu fuq wiċċ l-art fosthom dak ta' Ħal Tarxien. Il-blat ta' dan it-tempju uniku, li tħaffer kollu bl-idejn, għandu fond ta' 13-il metru u hu maqsum fi kmamar fi tliet livelli.
L-isbaħ kamra u l-isbaħ parti ta' dan l-Ipoġew hi l-kamra tan-nofs, li qisha qiegħda wieqfa fuq kolonni. Fl-istess sit hemm dak li jissejjaħ l-Oraklu - toqba fil-ħajt minn fejn il-ħoss jidwi mal-maqdes kollu. F'din l-istess kamra hemm it-tpinġija li turi s-siġra tal-ħajja.
Fis-saff ta' fuq nett kienu jindifnu l-mejtin. Fis-saff tan-nofs tħaffru kmamar fit-tond - li jixbhu lil dawk tat-tempji u dawn ġew imżejnin bi tpinġijiet. Fis-saff ta' taħt nett hemm kmamar oħra mqassmin qishom xi wieħed mit-tempji.
minn inewsmalta.com

1 Comments:

At November 24, 2019 at 5:21 AM , Blogger Marcus & Millichap said...

Bonġu ħabib tieghi.
Għandek bżonn urġenti ta 'self kummerċjali jew Self Personali?
Int kontinwament nieqes minn flus kontanti minħabba li int imċaħħad minn self mill-bank tiegħek jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra minħabba kollateral insuffiċjenti, proporzjon ta 'dejn għal dħul, punteġġ baxx ta' kreditu, rata ta 'imgħax għolja jew kwalunkwe raġuni oħra?

Għajjien bis-sitwazzjoni finanzjarja attwali tiegħek? Għandek bżonn spinta mill-finanzi tiegħek? Int għajjien li dejjem tmur fil-bank jew tistenna s-self tiegħek biex tikseb approvat mill-banek tiegħek jew istitut finanzjarju ieħor? Tixraqilhom soluzzjoni aħjar.

Pinnacle Group Financial hawn b'linja ta 'kreditu li tista' tgħinek issegwi l-għanijiet finanzjarji ġenerali tiegħek.

Ma ’Pinnacle Financial Group, tista’ tikseb self għal biss 3 fil-mija tar-rata tal-imgħax.
Tista 'tissellef sa 10 miljun.
Tista 'tikseb self tal-għażla tiegħek fi instant.
Tista 'Agħżel bejn sena sa 30 sena biex tħallas lura.
Ikollok self kullimkien u f'kull ħin fil-kumdità tiegħek stess.

Aħna nwettqu kull tip ta 'servizzi ta' self, aħna veloċi, affidabbli, ta 'min jafdaha u wkoll approvazzjoni faċli f'inqas minn 24 siegħa.

Applika għal self illum; ikkuntattjana permezz ta ’dan l-indirizz elettroniku biex tkun taf aktar dwar l-offerta tas-self tagħna:
Email: pinnaclefinancegroupinc@gmail.com

Sincerament
Marcus & Millichap
CEO, Pinnacle Financial Group.

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home