'Ir-refuġjati qed jaħarbu mit-terroriżmu…
…nemmen li Malta għandha tieħu l-kwota ta' Sirjani"
Fil-laqgħa li l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kellu mal-Prim Ministru Joseph Muscat, intervjena Manuel Zarb mill-Partit tal-Ugwaljanza fil-Parlament taż-Żgħażagħ u hu enfasizza li r-refuġjati qed jaħarbu mit-terroriżmu. Hu qal dan b'riferenza għal min qed jargumenta li għandhom jingħalqu l-fruntieri u ddikjara li hu jemmen li Malta għandha tieħu l-kwotà ta' Sirjani li kien hemm qbil dwarha ftit jiem ilu.
Fl-intervent tiegħu Manuel Zarb sostna li ma jidhirx li jekk Malta tieħu l-kwota tagħha ta' immigranti għandu jkun hemm problemi għas-sigurtà ta' pajjiżna.
Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home