Miċħuda talba ta' omm biex binha jkun magħha fil-festi
Il-battalja legali li kienet għaddejja biha Janice Dunn, liema battalja kellha bl-għan li hi tieħu lil binha li jinsab f'Malta lejn l-Iskozja f'dawn il-jiem ta' festi, kellha żvolta fl-aħħar sigħat. Dan hekk kif il-Qorti tat deċiżjoni li t-tifel, bl-isem ta' Frazer, għandu jibqa' f'Malta. F'Marzu li ġej se jkun hemm proċeduri legali dwar il-kustodja tat-tifel - li għandu missieru Malti. Il-Qorti Maltija appuntat avukat tat-tfal fejn dan irid jistabbilixxi jekk Frazer iridx li jingħaqad ma' ommu fl-Iskozja jew inkella jekk jibqax ma' missieru Daniel Borg Olivier f'Malta.Ta' min jgħid li fl-aħħar ġimgħat l-omm kienet iffaċċjata b'żewġ sentenzi mill-Qrati li permezz tagħhom kellha ġġib lil binha lejn Malta u issa f'deċiżjoni oħra tal-Qorti Maltija ġie deċiż li sakemm tkun deċiża l-kustodja dan għandu jibqa' jinżamm f'Malta.
Il-ġurnal Skoċċiż Daily Record kien xandar ritratt ta' Janice flimkien mat-tifel tagħha Frazer waqt li kienu f'lukanda f'Malta.
Ir-rapport jgħid li Janice, li għandha 42 sena, irritornat lejn Malta tliet xhur ilu wara li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qalet li hi ħatfet lit-tifel minn Malta. Hi ħadet it-tifel minn Malta u marret bih f'Barrhead fejn tgħix, post li jinsab qrib Glasgow.
Janice qajmet il-każ mal-awtoritajiet Skoċċiżi iżda dawn infurmawha li ftit li xejn jistgħu jgħinuha.
Meta tkellmet mad-Daily Record hi qalet li, "Din hi daqqa doppja, l-aktar issa li ġej l-Milied. Qed inħoss li ħadd mhu jara l-interessi ta' Frazer. Hu jrid ikun ma' familtu u ma' ħbiebu fl-Iskozja."
Janice Dunn kienet ilha tgħix f'Malta għal 15-il sena. Hi talbet lill-Qrati Maltin biex tieħu lit-tifel fl-Iskozja għall-Milied, iżda din ma ġietx aċċettata.
minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home