'Batejna u ġġilidna u issa qed
insibu l-ħaddiema barranin jieklu wiċċ il-borma"
- id-Deputat Nazzjonalista, Carmelo Mifsud Bonniċi
Id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi iddikjara li hemm ħaddiema barranin li qed jieħdu xogħol ħaddiema Maltin u ddiikjara li "ħdimna, batejna, għaddejna mill-kriżi finanzjarji biex nipproteġu l-Maltin u issa nsibu l-ħaddiema barranin jieklu l-wiċċ tal-borma".
F'intervent waqt id-dibattitu dwar l-abbozz dwar il-miżuri tal-estimi tenna li "għandna barranin qed jieħdu xogħol il-Maltin. Dawn daħlu u qed jagħmlu xogħol b'inqas dħul li wieħed Malti kien jidħol għalih. Il-Gvern mhux jirrejaġixxi għal dan. Li jinteressani hu li l-Maltin ikollhom salarji aħjar milli għandhom. Illum għandek tnaqqis fil-valur ekonomiku tas-salarji. Meta taqbad il-pakkett tas-salarji, flok żdied bħala gross naqas. Din hi ta' inkwiet. Bħal ma hi ta' inkwiet tal-ħaddiema tad-De La Rue. Ir-ristrutturar li se jagħmlu se jkun li se jkeċċu n-nies. Din il-Gvern qed iħalliha għaddejja u n-nies lanqas jafu x'se jiġri minnhom. Jien għandi f'rasi li din il-kumpanija fehmet li l-Gvern lest jagġħlaq gġajnejnh biex jidħlu ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta u għalhekk lill-Malti jtellquh l-barra. Dawn il-ħaddiema jridu li l-Gvern jiddefendihom." Hu staqsa x'sar mill-living wage.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home