Friday, April 1, 2016


Kamra storika fil-periklu li taqa' u tweġġa' lil xi ħadd

Forsi ftit jafu li kamra li hemm fil-bidu tat-telgħa tas-Saqqajja, li ħafna ma tantx jagħtu kas tagħha, kienet kamra li kienet tintuża biex minnha jinbiegħu il-biljetti tal-vapur tal-art. Il-kamra tinsab biswit vent tal-mina li minnha kienet tgħaddi l-ferrovija. Sfortunatament din il-kamra fl-aħħar snin ġarrbet ħsarat kbar minħabba l-elementi naturali u tinsab f’periklu serju li tiġġarraf. Din il-kamra tinsab eżattament biswit it-triq li mis-Saqqajja tieħdok lejn is-Siġġiewi.
Il-mod kif l-istruttura tinsab maqluba lejn it-triq joħloq periklu serju li din tista’ tispiċċa fuq xi karozza li tkun għaddejja minn hemm. Huma diversi dawk li kkuntattjaw lil inewsmalta.com biex tittieħed azzjoni dwar dan il-periklu ċar.
minn l-orizzont

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home