Tgħib dgħajsa b'immigranti… fi tliet xhur l-immigranti mil-Libja żdiedu bi 80%
F'ibħra Libjani fl-aħħar sigħat kienu għaddejjin tfittxijiet għal għibien ta' dgħajsa li fuqha kien hemm madwar 80 immigrant. Sorsi li tkellmu ma' inewsmalta.com qalulna li mhux magħruf eżattament kemm kien hemm immigranti abbord din id-dgħajsa għalkemm ġie kkonfermat li ġew salvati 30 persuna mil-Libjani. inewsmalta hu nfurmat li minn sejħa għall-għajnuna li ntbagħtet intqal li kien hemm madwar 80 immigrant fosthom sitt itfal. Minkejja l-messaġġ għall-għajnuna, jidher li l-għajnuna ma waslitx fil-ħin.
Din it-traġedja seħħet wara li ftit sigħat qabel il-Qawwa Militari
Taljana kienet salvat 1,361 immigrant. Dawn is-salvataġġi saru
fil-ġurnata tal-Erbgħa.
Fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, aktar minn 18,834 persuna qasmu
bejn il-Libja u l-Ewropa, fejn dan ifisser li l-immigranti li qasmu
mil-Libja żdiedu bi 80 fil-mija fuq is-sena ta' qabel. Fil-ħamest ijiem
li għaddew l-awtoritajiet Taljani b'kollox salvaw 3,680 persuna
Il-qassis Eritrejan li jirċievi diversi sejħiet għall-għajnuna minn
dgħajjes bl-immigranti li jkunu telqu mill-Libja, fl-aħħar sigħat
ikkummenta li "qed nirċievi għadd ta' sejħiet ta' għajnuna u dawn
ngħaddihom lill-Gwardi tal-Kosta. Fl-aħħar jien kien hemm żieda.
Is-sitwazzjoni se tkompli teħżien għax il-fruntieri qed ikomplu
jingħalqu. L-uniku aċċess li jidher li fadal hu dak tar-rotta
mil-Libja.
Ta' min jgħid li l-organizazzjoni SOS Mediterranean, permezz
tal-bastiment Aquarius irċeviet sejħa miċ-Ċentru ta' Kordinament f'Ruma
dwar dgħajsa b'132 persuna. Fost dawn kien hemm 122 persuna, 7 nisa u
tlett itfal. Wieħed mit-tfal kellu seba' xhur u tnejn l-oħra huma
tewmin. L-immigranti salvati minn SOS Mediterranean ġejjin mill-Gambja,
Mali, Guinea, Senegal, Ivory Coast, Nigeria u Sierre Leone.
SOS Mediterranean għadha kif ħabbret li se tkompli bil-ħidma tagħha f'nofs il-Mediterran sa l-aħħar ta' din is-sena.
minn inewsmalta.com. ritratt Ian Noel Pace
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home