'Sa issa m'iniex konvint li l-MFSA se tipproteġi lill-konsumaturi' - il-Ministru Evarist Bartolo
Hekk kif il-Parlament beda jiddiskuti l-abbozz ta' liġi li jemenda l-att dwar l-affarijiet ta-konsumatur, spikkat għal darba oħra dikjarazzjoni iebsa mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, li qal li sa issa għadu mhux konvint li l-MFSA se tipproteġi l-konsumaturi. Hu semma diversi każijiet fejn konsumaturi, fosthom dawk vulnerabbli, spiċċaw ingidmu. Dan l-att hu dwar self fuq djar. Evarist Bartolo tenna li, "Hemm bżonn direzzjoni ġdida fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) għax kien hemm diversi każi fejn din ma Pproteġietx lill-konsumaturi. Sa issa m'iniex konvint u persważ li l-konsumatur se jkun protett mill-MFSA. Qal li l-aktar li għandhom bżonn protezzjoni huma dawk l-aktar vulnerabbli fosthom dawk li jkunu ħadu somma flus għax irtiraw kmieni u dawn jibdew jiġbru warajhom ċerti kumpaniji biex jinvestu flushom magħhom. Dawn imbagħad isibu li dak kollu li faddlu jew li investew, spiċċaw tilfu ħafna flus. Dawn ma jkunu sabu lir-regolatur, li hu l-MFSA, jipproteġihom. Fl-aħħar snin kellna każ wara l-ieħor fejn l-MFSA ma pproteġietx lill-konsumaturi."Il-Ministru Evarist Bartolo qal li, "L-aħjar forma ta' protezzjoni lill-konsumatur hi l-prevenzjoni. Għalhekk hu importanti li l-MFSA tifhem ir-responsabbilitajiet ġodda li qed jitpoġġew fuqha. Hemm bżonn tibda paġna ġdida fejn bla ma tħares lejn uċuħ jew ħbieb, tieħu passi biex tipproteġi l-konsumaturi. Meta l-konsumaturi jħossuhom misruqin, iċ-ċittadini ma jkollhomx fiduċja fl-istituzzjonijiet finanzjarji."
L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma biex jemenda l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur biex jikkumplimenta l-proċess ta’ traspożizzjoni relattiv għad-Direttiva 2014/17/UE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r- Regolament (UE) Nru. 1093/2010.
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home