Bejgħ ta' armi mill-Mafja lil grupp terroristiċi?
Investigazzjoni fuq il-Mafja fi Sqallija
….Malta implikati b'armi għall-Eġittu
Operazzjoni li kienet tinvolvi bejgħ ta' armi u li l-moħħ warajha kienet il-mafja Sqallija qed tkun investigata minn prosekuturi kontra l-mafja fi Sqallija u dan minħabba l-potenzjal li jista' jkun hemm rabtiet ma' attivitajiet terroristiċi fl-Ewropa u anke pajjiżi oħra. Malta hi ukoll implikata u dan minħabba l-fatt li qed jingħad li prosekuturi ta' kontra l-mafja fi Katanja indikaw li qabda ta' azzarini f'Ġunju tas-sena li għaddiet kienet destinata li minn Katanja jgħaddu lejn Malta u wara l-Eġittu. Sorsi qrib il-Europol qalu lil 'The Guardian' li l-armi inkwistjoni baqgħu ma ġewx irkuprati kollha u dan qed iqajjem il-biża li dawn spiċċaw f'idejn ċrieki kriminali jew gruppi terroristiċi.
Dan ġie żvelat f'rapport li ġie pubblikat mill-ġurnal Ingliż 'The Guardian', fil-ħarġa ta' nhar il-Ħadd li għadda. Ir-rapport jistaqsi jekk 'Cosa Nostra hix qed tbiegħ armi lil gruppi terroristiċi".
Ir-rapport jgħid li l-prosekuturi anti mafja qed jinvestigaw dwar il-possibilità li Cosa Nostra qed tissupplixxi armi lil gruppi kriminali organizzati fl-Afrika ta' Fuq.
Ir-rapport jgħid ukoll li membri ta' Cosa Nostra ħallsu £33,000 għal 160 arma li ma kinux jiffunzjonaw imma li setgħu jiġu attivati. Ir-rapport qal li x-xahar li għadda koppja minn Katanja kienet arrestata u din kienet tappartjeni lill-klan tal-mafja 'Ceusi'.
Ir-rapport f'The Guardian jgħid li "mafja f'Katanja taħdem mill-qrib mal-mafja f'Kalabrija Ndrangheta', organizazzjoni kriminali internazzjonali li tispeċjalizza fit-traffikar tal-Kokaina.
Ir-rapport jitkellem dwar qabda ta' armi f'Katanja fejn dawn kellhom jittajru lejn Malta u jidher li minn hawn kienu destinati għall-Eġittu. Ir-rapport jgħid li dawn kienu destinati għal traffikant tan-nies magħruf f'Lixandra. Ir-rapport jgħid li telefonati interċettati jiddokumentaw konversazzjonijiet bejn membri ta' Cosa Nostra u trasferiment ta' flus mill-Eġittu lejn Sqallija aktarx marbutin max-xiri ta' dawn l-armi.
Ir-rapport ta' 'The Guardian' jgħid li "t-tħassib prinċipali tal-investigaturi hu marbut mal-fatt li dan it-traffikar ta' armi jista' jwassal biex dawn qed jispiċċaw f'idejn l-estremisti.'
Ir-rapport ikkwota sors qrib il-Carabinieri u dan qal li 'iċ-ċittadin Eġizzju kien arrestat fl-Italja u dan fuq akkużi li kien jappartjeni għal organizazzjoni marbuta ma' traffikar uman."
'The Guardian" jgħid ukoll li "attività mill-ġdid ta' traffikar madwar Lixandra wasslu biex huma diversi dawk li jemmenu li militanti Iżlamiċi ibbażati fis-Sinai ikunu jistgħu jilħqu l-Ewropea permezz tal-Mediterran. L-investigaturi jemmnu li xi wħud mill-160 AK-47 li kienu f'idejn il-Mafsa f'Katanja, setgħu spiċċaw f'idejn intermedjarji oħra li jissupplixxu armi lil ċrieki kriminali.
Ir-rapport jgħid li sorsi qrib il-Europol qal li "ma sibniex l-armi kollha. L-investigazzjoni għadha għaddejja. Il-biża hu li dawn setgħu tqassmu lil ċrieki kriminali jew gruppi terroristiċi".
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home