Il-Markiża "dawret wiċċha b'niket" lejn pjanti li qed jitħallew imutu mewta krudili
Kemm il-darba rrappurtajna u ġibna anke ritratti dwar pjanti li kienu tħawwlu fi qasir matul ix-xatt f'Buġibba u San Pawl il-Baħar. Kellhom ikunu parti minn inizjattiva biex inħaddru aktar iż-żoni urbani. Sfortunatament, illum għal raġunijiet li ħadd ma jaf għaliex, dawn il-pjanti mhu jħaddru imkien għax mietu bil-għatx. Id-dehra tagħhom nexfin tiġbed l-għajn ta' kulħadd.
Ironikament anke statwa għall-Markiża Buġeja għamluha tħares lejn waħda minn dawn il-pjanti nexfin. Ikkummenta dwar dan l-eks Sindku ta' San Pawl il-Baħar, Ray Tabone. F'messaġġ li kiteb qal li "tpoġġa f'postu l-monument ad unur u b' memorja tal-Markiża Bugeja. Proset u sabiħ. Il-Markiża Buġeja pero dan il-lejl dawret wiċċha. Issa qed tħares b'ħarsa ta' niket lejn qasrija li saret minn Kunsill Lokali preċedenti Laburista bis-saħħa ta' skema mill-Ministeru għall-Ambjent."
Jikkritika lis-sindku dwar nuqqas ta' tisqiha u jgħid li "aħna l-ilma għalihom konna nġibuh b'xejn." Ma jonqosx li jitfa' botta politika u qal li hu tal-opinjoni li s-sindku jidher li aktar hi moħħha fl-elezzjoni ġenerali milli l- lokal. Jibbottja ukoll lill-Viċi Sindku David Thake u jgħid li lil dan ma tarahx b'nemes fejn donnu qed jikkompeti ukoll għas-siġġu Parlamentari. Ray Tabone qal ukoll li "u possibbli missierha id-Deputat Parlamentari Censu li jiftaħar li jqum kmieni kuljum u joqgħod idur il-lokal biex jiċċekkja xi nuqqasijiet ma' ndunax b' dawn il- pjanti u s-siġar ili qed mutu mewta naturali krudili".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home