Il-mozzjoni dwar emenda għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u Mozzjoni ta' Proċedura: Busuttil jgħid li teżisti bażi ta' ftehim
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, f'intervent fil-Parlament dwar il-mozzjoni dwar emenda għall-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra u Mozzjoni ta' Proċedura, appella lill-Prim Ministru biex qabel iressaq mozzjoni għall-vot, iħalli li tkompli ssir diskussjoni u dan għax hemm possibilità li jintlaħaq ftehim. Simon Busuttil iddikjara li l-mozzjoni li ressaq il-Gvern se xxekkel ix-xogħol tal-Parlament mhux se tagħtih aktar saħħa kif qed jgħid l-istess Gvern. Hu enfasizza li l-emendi li qed iressaq il-Gvern juri sens qawwi ta’ konfrontazzjoni u nuqqas ta’ rispett lejn il-Parlament.Hu spjega li l-proposta tal-votazzjoni kull nhar ta’ Erbgħa tfisser li l-Parlament se jkun qed jaħdem darba biss fil-ġimgħa. Il-Kap tal-Oppożizzjoni iddikjara li jaqbel li jkun hemm multi għal meta membru Parlamentari ma' jattendix il-Parlament iżda qal li l-mod kif saret din ma tapplikax għall-Ministri. Proposta oħra tal-Gvern li ġiet kritikata minn Busuttil hi dik li jkun hemm ħin itwal ta' meta jista' jissejjaħ kworum.
Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni għamlet il-proposti tagħha fosthom dik li jkun hemm seduta fil-ġimgħa li fiha l-Prim Ministru jwieġeb kull domanda li ssirlu. Din is-sistema żżomm lill-Prim Ministru taħt skrutinju kontinwu b’responsabbiltà lejn il-poplu iddikjara Busuttil.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni spjega li proposta oħra hi dik li jkun hemm qbil ta’ żewġ terzi tal-Parlament f’ħatriet bħal dik tal-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman u l-Kummissarju tal-Pulizija.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home