Tiġi żżur fejn ħadem missierha fuq bini mill-ġdid ta' strutturi li waqgħu bil-gwerra
Spiss jiġu f'pajjiżna qraba ta' suldati jew fizzjali li kienu servew f'Malta fl-eqqel snin tat-Tieni Gwerra Dinjija jew anke fis-snin ta' wara. Tkun ix-xewqa ta' dawn il-qraba li jżuru postijiet li l-qraba tagħhom ikunu ħadmu fihom. Xi wħud minnhom huma persuni li qatt ma jkunu rifsu f'pajjiżna. Waħda minn dawn hi Patsy, li tgħix fi New Zealand.
Riċentament ġiet f'pajjiżna fejn żaret diversi postijiet li missierha kien ħadem fihom jew li serva fihom. Patsy ġiet f'pajjiżna flimkien ma' żewġha Alan. Huma ġew Malta abbord il-bastiment tal-passiġġieri Carnival Vista. L-għan tagħhom imma kien li Patsy żżur xi postijiet li fihom kien ħadem missierha il-Kaptan Lawrence Leo Taylor, li kien jifforma parti mis-South African Engineers Corps. Taylor kien serva f'Malta fis-sena 1944. Kien involut sew fir-rkostruzzjoni ta' infrastruttura militari, navli u anke ċivili li kienu intlaqtu mill-attakki bl-ajru.
Mid-djarju tiegħu jirriżulta li kien involut f'diversi proġetti. F'Malta hu laqqat dik li tissejjaħ il-'Malta Fever' u minħabba dan intbagħat lura lejn l-Afrika t'Isfel fi stat debboli ħafna. Hu irkupra wara li qatta' diversi jiem l-isptar. Taylor miet fis-sena 1977. Biex iż-żjara ta' Paxtons tkun suċċess intalbet l-assistenza tal-Fondazzjoni Wirt Artna. Dawn għenu lill-koppja jidentifikaw il-postijiet li xtaqu jmorru fihom. Fost il-postijiet li marru fihom kien hemm in-Naval Cold Stores li jinsabu taħt l-art f'PintoWharf. Dawn kienu inbnew mill-ġdid mill-kaptan Taylor. Huma ġew f'Malta armati b'ritratti u bid-djarju tiegħu fejn dawn ġew regalati lill-Fondazzjoni Wirt Artna.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home