Sistema ta' rmiġġ għall-'Floating Storage' f'Delimara
Ocean Installer għadu kif ngħata kuntratt biex tinstalla sistema ta' irmiġġ għal Floating Storage Unit (FSU) f'Malta. Dan se jkun f'Delimara u hu parti mill-proġett ta' enerġija li taħdem bil-gass. Ocean Installer waqt li ħabbru dan qalu li l-floating storage unit, se jkun qed jipprovdi LNG għall-ġeneraturi tal-elettriku, liema impjant jitħaddem minn ElectroGas Malta.
Il-Kap Eżekuttiv ta' Ocean Installer, Steinar Riise, qal li "b'dan il-proġett, aħna qed inkomplu nikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħna f'dik li hi kompetittività f'servizzi ta' irmiġġi."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home