Id-dejn tal-Gvern naqas għal 65.3% tal-Prodott Domestiku Gross
Minn statistika maħruġa mill-Eurostat irriżulta li għall-ewwel kwart tas-sena, jiġifieri bejn Jannar u Marzu, id-dejn tal-Gvern Malti bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross naqas minn 68.5% fl-ewwel kwart tas-sena 2015 għal 65.3%.
Mill-istatistika jirriżulta li Malta tinsab il-medja Ewropea bil-pajjiż li l-aktar li għandu dejn għoli meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross tkun il-Greċja u wara jiġu l-Italja u l-Portugal. Meta mqabbel ma' l-ewwel kwart tas-sena li għaddiet, naraw li kien hemm tlettax-il stat membru li rreġistraw żieda f'dak li hu tibdil fil-medja tad-dejn meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross. L-akbar żieda kienet fil-Greċja, l-Finlandja u l-Latvja.
L-akbar tnaqqis kien fl-Irlanda b'16.7%, l-Olanda b'4.3%, id-Danimarka b'4.1% u l-Ġermanja, il-Kroazja u Malta bi tnaqqis ta' 3.3%.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home