Thursday, July 21, 2016


"In-nemes u l-kelb jistgħu jintużaw fl-istaġun magħluq f'taħriġ għal kaċċa tal-fenek"

Wara diversi laqgħat li kien hemm bejn kaċċaturi u nassaba tal-fenek selvaġġ, flimkien ma' rappreżentanti tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) u rappreżentanti tal-Wilds Birds Regulation Unit fil-Ministeru għall-Ambjent issa se jkun permess li jsir taħriġ b'rabta mal-kaċċa tal-fenek selvaġġ fl-istaġun magħluq.

    Dan se jsir wara li saru emendi fir-regolamenti tal-kaċċa u t-teħid bix-xibka tal-fenek selvaġġ.

    Permezz ta' avviż legali, jintqal li "waqt l-istaġun magħluq tal-kaċċa u t-teħid bix-xibka tal-fenek selvaġġ, isir taħriġ tal-kelb ew tan-nemes mingħajr l-użu ta' kwalunkwe xibka, arma tan-nar, 'air-rifle' jew kwalunkwe munizzjon, u mingħajr l-intenzjoni li jaqbdu jew joqtlu fniek slavaġġ u li l-ebda tali qabda jew qtil ta fniek slavaġġ ma jseħħ, u li matul dan it-taħriġ kull kelb għandu jkun fuq iċ-ċinga fil-ħinijiet kollha u kull nemes għandu ikollhom sarima fuqu f'kull ħin."
    inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home