"Qed niffaċċjaw kriżi umanitarja iżda din ma tissolviex b'żieda fin-nazzjonaliżmu"
- "Qed niffaċċjaw kriżi umanitarja. Hemm bżonn li jkollna Ewropa aktar
b'saħħitha u aktar solidarjetà. Din il-kriżi ma niffaċċjawhiex u ma
nsolvuwhiex b'żieda fin-nazzjonaliżmu. Hemm bżonn vuċi Ewropea koerenti,
Ewropa ġdida u aġenzija tal-ażil aktar b'saħħitha."
Dan sostnieh id-Deputat Parlamentari Ewropew Portugiż, Carlos Coelho, hekk kif delegazzjoni mill-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament Ewropew żaru l-kwartieri tal-Aġenzija ta Ewropea għall-Ażil (EASO), li tinsab fil-Port il-Kbir fil-Belt Valletta.
Id-delegazzjoni kienet iffurmata minn Miriam Dalli, Cecile Kyenge, Helga Stevens u Carlos Coelho.
Min-naħa tagħha l-eks Ministru Taljana u issa Deputata Parlamentari fil-Parlament Ewropew, Cecile Kyenge, spjegat kif minkejja ftehim li kien sar dwar rilokazzjoni ta' immigranti li hemm fil-Greċja u l-Italja, sa issa ġew rilokati biss 3,000 immigranti. Dan minn ftehim li kellu jirriloka 160,000 immigrant.
Hi spjegat l-importanza li jinbidlu ir-regolamenti ta' Dublin, li jistipulaw li immigrant li jkun daħal f'pajjiż irid bilfors jagħmel it-talba għall-ażil f'dak il-pajjiż. Hi ddikjarat li r-regolamenti ta' Dublin kienu falliment totali.
Min-naħa tagħha id-Deputata Parlamentari Ewropea Miriam Dalli, saħqet fuq il-bżonn li jkun hemm aktar solidarjetà. Enfasizzat li b'politiku komuni Ewropea fuq l-ażil għandhom jinkisbu ir-riżultati.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home