Tuesday, July 19, 2016

Ġimgħat ilu kunsillier irriżenja mill-PN, issa daħal membru fil-PL

Wara li ftit ġimgħat ilu l-kunsillier Joseph Mary Galea irriżenja mill-Partit Nazzjonalista, issa qed isir magħruf li dan daħal membru fil-Partit Laburista. Hu kien irriżenja mill-Partit Nazzjonalista wara l-mod kif beda jiġi ttrattat.


Id-dħul tiegħu fil-Partit Laburista, ġab reazzjoni pożittiva mill-ewwel, bil-kunsillier Desmond Zammit Marmara jiddikjara li "nagħti merħba lil Joseph Mary Galea, eks-Viċi-Sindku Nazzjonalista ta' Ħal Balzan, li llum daħal membru tal-Partit Laburista. Persważ li Galea se jkompli juża t-talenti tiegħu fi ħdan moviment li l-għan tiegħu jibqa' dejjem li joħloq il-ġid għal Malta u l-Maltin kollha." 

Joseph Mary Galea kien irriżenja mill-Partit Nazzjonalista u ddikjara ruħu kunsillier indipendenti. Ta' min jgħid li l-għada li ħa din id-deċiżjoni, sab ma' wiċċu sitwazzjoni li qatt ma stenna. 


F'kuntatt li inewsmalta.com kien għamel mal-kunsillier Joseph Mary Galea hu kien qalilna li, "l-obbligu tiegħi hu lejn in-nies ta' Ħal Balzan u lejn l-ebda partit. Wara l-laqgħa, x'ħin għedt lis-segretarju li rriżenjajt, qalli li ma stajtx nidħol l-uffiċċju u llum sibtu magħluq. Bgħatt imejl lis-sindku dwar is-sitwazzjoni u qalli li se nara li niġbor l-affarijiet u li jkolli skrivanija. Ili nuża l-uffiċċju snin għax jien dejjem hemm, kontra ħaddieħor li jersaq kultant." 

Żied jgħid li, "Ħassejtni urtat u offiż b'din l-azzjoni. Naħseb ma setgħux waqgħu aktar fil-baxx. Irriżenjajt għax bdew jittieħdu ċerti deċiżjonijiet. Il-problemi ilhom ġejjin mindu saru jafu li jien ħabib ta' Jeffrey Pullicino Orlando."
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home