Periklu serju għal għawwiema fil-Ponta tal-Qawra
Waħda miż-żoni magħrufa sew għall-għawm b'mod partikolari fost dawk l-għawwiema li jevitaw bajjiet bir-ramel hi l-Ponta tal-Qawra. Post frekwentat minn għadd kbir ta' Maltin u anke turisti.Jidher iżda li mis-sajf li għadda 'l hawn feġġ perikilu fiż-żona u dan minħabba li pjattaforma tal-konkrit li kien hemm inkisret u ddgħajfet. Dan wassal biex hemm ippuntati ħadid bil-ponta kollu sadid.
Diversi għawwiema qed jappellaw biex dan il-periklu jitneħħa u anke intefa' filmat li juri l-periklu serju li hemm.
inewsmalta.com hu nfurmat li l-awtoritajiet kompetenti ġew infurmati bil-periklu li hemm.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home