Twissija verbali lill-impjegat b'kitba dwar il-kulur tal-ġilda tal-plejers Franċiżi
L-impjegat mal-Ministeru għas-Saħħa u li hu wkoll ġurnalist sportiv, u li ftit jiem ilu għamel kumment fuq il-kulur tal-ġilda tal-plejers Franċiżi ngħata twissija verbali mill-istess ministeru.- Mistoqsijin dwar x'inhi l-azzjoni li ttieħdet, il-Ministeru
għas-Saħħa qalilna li "l-impjegat ingħata twissija verbali skont
paragrafu 10.5.2.1. tal-PSMC u regolament 18 tar-Regolamenti
tad-Dixxiplina."
Il-kumment tal-ġurnalist Antvin Monseigneur, kienu ġabu r-rabja taċ-Ċermen ta' One, Jason Micallef, li mill-ewwel ħa azzjoni u kkundanna l-kitba. Aktar tard il-ġurnalist Antvin Monseigneur għamel apoloġija għall-kumment li kien għadda fuq Facebook dwar il-kulur tal-ġilda ta' plejers tal-futbol Franċiżi.
Monseigneur kien iddikjara fuq is-sit tiegħu li, "Irrid b’sinċerità nesprimi d-dispjaċir tiegħi għar-reazzjoni u l-attenzjoni negattiva li attira kumment li deher fuq il-paġna tiegħi ta' Facebook. Nassigura lil kulħadd li l-ħsieb, l-intenzjoni u l-għan wara dan il-kumment kien purament ta’ natura sportiva u ma kellu l-ebda skop li jistimula jew jinċita xi diskussjoni, kummenti jew sentimenti razzjali, etniċi, reliġjużi jew politiċi. Madanakollu, nifhem li seta’ b’xi mod jingħata interpretazzjoni li tmur lil hin mill-ħsieb, sentiment u l-għan tiegħi. Għaldaqstant, qiegħed nagħmel apoloġija bla kundizzjoni lil kulħadd."
Monseigneur kien tefa' ritratt tat-timijiet Franċiżi tas-sena 1982 u tal-2016. Huwa kiteb li l-fatt li issa hemm aktar plejers b'karnaġjon skur fit-tim Franċiż juri li lil dawn ħarqithom ix-xemx. Fi kliem Monseigneur, "It-tim tal-futbol ta' Franza tal-1982 u tal-2016... innutaw id-differenza... għamlet ħafna xemx fi Franza."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home