Jitneħħa l-ingombru fi Triq ir-Repubblika
Wara l-pressjoni li saret u r-rabja li kien hemm fost għadd ta' residenti Beltin u anke sidien ta' negozji, l-ingombru li twettaq fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta, meta saret struttura u tpoġġew l-imwejjed fiha, din issa tneħħiet. Dan il-każ għamel pressjoni kbira fuqu l-Kunsillier Laburista fil-Belt Valletta, Ray Azzopardi.- inewsmalta.com irrapporta dwar dan u dwar dak li
ddikjara l-kunsillier Ray Azzopardi. Infurmati li wara l-ilment daħal
fil-każ iċ-Ċermen ta' Valletta 18, Jason Micallef. Jidher ukoll li
bil-każ kien infurmat il-Prim Ministru Joseph Muscat. Kollox qed jindika
li sar kuntatt ma' min għamel din l-istruttura biex din titneħħa
immedjatament.
Min-naħa tiegħu, il-Kunsillier Laburista Ray Azzopardi kiteb li "infurmat li din saret bla permess u se jkun hemm infurzar biex titneħħa minnufih. Grazzi ghal intervent tal-Prim Ministru li fis-sigħat bikrin ta' filghodu u l-intervent ta' Jason Micallef biex naraw li nneħħu dan l-ingombru bla permess."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home