Tkaża fuq klawsola li ttieħdet minnn awtorità li twaqqfet taħt gvern Nazzjonalista
- Deborah Schembri
Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri meta għalqet id-dibattitu qalet li l-intenzjoni tal-Oppożizzjoni hi dik li twaqqaf dan l-abbozz ta' liġi u kkritikat lil Francis Zammit Dimech li għamel kritika qawwija fuq klawsola, iżda dik l-istess klawsola ttieħdet mill-liġi li waqqfet l-Awtorità għat-Trasport li saret minn Gvern preċedenti. "Qed jgħidu li se jivvutaw kontra din il-liġi; mela dawn qed isemmu l-problemi li kien hemm u jridu 'status quo'.
Din hi liġi ta' awtorità, li se tkun qed tipproteġi l-art Maltija. M'hawnx liġijiet ta' awtoritajiet oħra li għandhom regoli stretti daqs din il-liġi," qalet Deborah Schembri. Enfasizzat li ma taqbilx li l-avukati u l-periti jkunu appuntati fl-awtorità mill-organizzazzjonijiet professjonali li jirrappreżentawhom jiġifieri l-kamra tal-Avukat u l-Kamra tal-Periti.
Hi qalet li dwar dak li tkaża bih id-Deputat Francis Zammit Dimech, tant li dan beda jaqra l-klawsola dwar teħid ta' funzjonijiet, dik hi l-istess kawża li kien daħħal il-Gvern preċedenti fl-Awtorità għat-Transport. Il-kelliema tenniet li l-klawsola li hemm f'dan l-abbozz kienet meħuda minn dak li waqqaf l-Awtorità għat-Trasport.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home